+Artikolu 127 L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza
---+Artikolu 127 1.
---+Artikolu 127 2.
---+Artikolu 127 3.

Artikolu 127 L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 127 1.

Il-parti mhux garantita ta' kwalunkwe element fejn id-debitur ikun sar inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178, jew fil-każ ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur, il-parti mhux iggarantita ta' kwalunkwe faċilità ta' kreditu li saret inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta':

(a) 

150 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ikun anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis;

(b) 

100 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ma jkunx anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis.

Għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu msemmija fl-ewwel subparagrafu għal skopertura li tkun mixtrija meta diġà tkun f'inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu kwalunkwe differenza pożittiva bejn l-ammont dovut mid-debitur fuq dik l-iskopertura u s-somma tat-tnaqqis ta' fondi proprji addizzjonali jekk dik l-iskopertura kienet tħassret kompletament u kwalunkwe tnaqqis ta' fondi proprji diġà eżistenti relatat ma' dik l-iskopertura.

Artikolu 127 2.
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-parti ggarantita ta' skopertura inadempjenti, il-kollateral u l-garanziji għandhom ikunu eliġibbli għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Kapitolu 4.
Artikolu 127 3.
Il-valur tal-iskopertura li jifdal wara l-aġġustamenti tar-riskju ta' kreditu speċifiċi ta' skoperturi mhux IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikoli 125 u 126, rispettivament, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 % jekk tkun seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit