|
+Artikolu 127 1. |
Artikolu 127 1.Il-parti mhux garantita ta' kwalunkwe element fejn id-debitur ikun sar inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178, jew fil-każ ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur, il-parti mhux iggarantita ta' kwalunkwe faċilità ta' kreditu li saret inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta':
(a)
150 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ikun anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis;
(b)
100 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ma jkunx anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis. Għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu msemmija fl-ewwel subparagrafu għal skopertura li tkun mixtrija meta diġà tkun f'inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu kwalunkwe differenza pożittiva bejn l-ammont dovut mid-debitur fuq dik l-iskopertura u s-somma tat-tnaqqis ta' fondi proprji addizzjonali jekk dik l-iskopertura kienet tħassret kompletament u kwalunkwe tnaqqis ta' fondi proprji diġà eżistenti relatat ma' dik l-iskopertura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|