+Artikolu 132a Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs
---+Artikolu 132a 1.
---+Artikolu 132a 2.
---+Artikolu 132a 3.
---+Artikolu 132a 4.

Artikolu 132a Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 132a 1.
Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.
Artikolu 132a 2.
Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU biex jużaw il-prinċipju taċ-ċar kristall, jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u l-liġi rilevanti.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont is-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel iġġarrab l-iskoperturi sal-punt massimu permess taħt il-mandat tagħha jew liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw ir-rekwiżit tal-ogħla fondi proprji u mbagħad tkompli ġġarrab l-iskoperturi f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-iskopertura, u li s-CIU tapplika lieva finanzjarja sal-massimu possibbli permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, fil-Kapitolu 5, u fit-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu.

Artikolu 132a 3.
►M17  B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (d), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi ta' derivattivi ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattivi kkalkulati f'konformità mal-Kapitolu 6, it-Taqsima 3, 4 jew 5, ta' dan it-Titolu, kif applikabbli. ◄

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

Artikolu 132a 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju msemmi fil-paragrafu 2 meta wieħed jew aktar mill-inputs meħtieġ għal dak il-kalkolu ma jkunx disponibbli.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit