+Artikolu 151 Trattament skont il-klassi ta’ skopertura
---+Artikolu 151 1.
---+Artikolu 151 2.
---+Artikolu 151 3.
---+Artikolu 151 5.
---+Artikolu 151 6.
---+Artikolu 151 7.
---+Artikolu 151 8.
---+Artikolu 151 9.
---+Artikolu 151 10.
---+Artikolu 151 11.
|
Artikolu 151 Trattament skont il-klassi ta’ skopertura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 151 1.
|
L-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv) jew il-punt (g), sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew ikunu soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mas-Subtaqsima 2.
|
|
Artikolu 151 2.
|
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni għal riċevibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 157. Fejn istituzzjoni jkollha azzjoni sħiħa ta’ rivalsa għall-bejjiegħ ta’ riċevibbli mixtrija għal riskji ta’ inadempjenza u għal riskji ta’ dilwizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 152 u l-Artikolu 158(1) sa (4) ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ riċevibbli mixtrija u l-iskopertura għandha tiġi ttrattata bħala skopertura kollateralizzata.
|
|
Artikolu 151 3.
|
Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu u għal riskji ta’ dilwizzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-parametri rilevanti assoċjati mal-iskopertura inkwistjoni. Dawn għandhom jinkludu l- PD, l-LGD, il-maturità (minn hawn ’il quddiem “M”) u l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura. Il-PD u l-LGD jistgħu jiġu kkunsidrati separatament jew flimkien, skont it-Taqsima 4.
|
|
Artikolu 151 5.
|
Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat jista’ jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 153(5).
|
|
Artikolu 151 6.
|
Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet ta’ skopertura msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-PDs skont l-Artikolu 143 u t-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 151 7.
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGD, u tal-IRB-CCF fejn applikabbli skont l-Artikolu 166(8) u (8b), f'konformità mal-Artikolu 143 u t-Taqsima 6. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-SA-CCFs meta l-Artikolu 166(8) u (8b) ma jippermettux l-użu tal-IRB-CCF.
|
|
Artikolu 151 8.
|
Għall-iskoperturi li ġejjin, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1) u l-SA-CCFs f'konformità mal-Artikolu 166(8), (8a) u (8b):
(a)
skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (b);
(b)
skoperturi għall-entitajiet tas-settur finanzjarju għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;
(c)
skoperturi għal korporattivi kbar mhux assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(ii).
Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii) u l-punt (c)(i), (ii) jew (iii), ħlief għall-iskoperturi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1), u l-SA-CCFs f'konformità mal-Artikolu 166(8), (8a) u (8b), sakemm ma jkunux ingħataw permess li jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-LGD u tal-IRB-CCF għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 151 9.
|
Għall-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGD, u tal-IRB-CCF fejn applikabbli skont l-Artikolu 166(8) u (8b), f'konformità mal-Artikolu 143 u t-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 151 10.
|
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati u għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 147(2) għandhom jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 5.
|
|
Artikolu 151 11.
|
Għal skoperturi fil-forma ta' ishma jew unitajiet f'CIU li tappartjeni għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (ea), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 152, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew ma jkunux soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|