+Artikolu 152 Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs
---+Artikolu 152 1.
---+Artikolu 152 2.
---+Artikolu 152 3.
---+Artikolu 152 4.
---+Artikolu 152 5.
---+Artikolu 152 6.
---+Artikolu 152 7.
---+Artikolu 152 8.
---+Artikolu 152 9.

Artikolu 152 Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 152 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.
Artikolu 152 2.
Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi sottostanti biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.
Artikolu 152 3.
►M17  B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (e), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju tas-CIU f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi ta' derivattivi ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattivi kkalkulati f'konformità mal-Kapitolu 6, it-Taqsima 3, 4 jew 5, ta' dan it-Titolu, kif applikabbli. ◄

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

Artikolu 152 4.

L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li ma jużawx il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew fil-Kapitolu 5, kif applikabbli, għall-iskoperturi sottostanti kollha jew għal partijiet minnhom tas-CIU għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal dawk l-iskoperturi sottostanti kollha jew għal dawk il partijiet minnhom f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

għall-iskoperturi sottostanti li jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2;

(b) 

għal skoperturi assenjati għall-elementi li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (f), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;

(c) 

għall-iskoperturi sottostanti l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2.

Artikolu 152 5.
Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal dawk l-iskoperturi skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat stabbilit fl-Artikolu 132a(2). Madankollu, għall-iskoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċi stabbiliti fih.
Artikolu 152 6.
Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-approċċ ta' riżerva msemmi fl-Artikolu 132(2).
Artikolu 152 7.
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-Artikolu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.
Artikolu 152 8.

L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont ponderat għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;

(ii) 

għal CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);

(b) 

għal skoperturi oħra minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 132a(1);

(c) 

għal skoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fih;

(d) 

awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU li jirriżultaw minn dawk il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.

Artikolu 152 9.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 132(5) u (6), u l-Artikolu 132b. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 132c, bl-użu tal-piżijiet tar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit