+Artikolu 158 Trattament skont it-tip tal-iskopertura
---+Artikolu 158 1.
---+Artikolu 158 2.
---+Artikolu 158 3.
---+Artikolu 158 4.
---+Artikolu 158 5.
---+Artikolu 158 6.
---+Artikolu 158 9a.
---+Artikolu 158 10.

Artikolu 158 Trattament skont it-tip tal-iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 158 1.
Il-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija għandu jkun ibbażat fuq l-istess ċifri li jiddaħħlu tal-PD, l-LGD u l-valur tal-iskopertura għal kull skopertura użati għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Artikolu 151.
Artikolu 158 2.
L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 5.
Artikolu 158 3.
L-ammont ta’ telf mistenni għall-iskoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura ta’ 'assi oħrajn li mhumiex obbligi ta’ kreditu' msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 147(2) għandu jkun żero.
Artikolu 158 4.
L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet jew unitajiet ta’ CIU msemmija fl-Artikolu 152 għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodi stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 158 5.

It-telf mistenni (EL) u l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

expected loss (EL) = PD * LGD

Ammont ta’ telf mistenni = EL [immultiplikat bil-]valur tal-iskopertura.

Għall-iskoperturi inadempjenti (PD = 100 %) fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGD, l-EL għandu jkun ELBE, l-aħjar stima mill-istituzzjoni tat-telf mistenni għall-iskopertura inadempjenti skont l-Artikolu 181(1), il-punt (h).

Artikolu 158 6.

Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) sabiex jassenjaw il-piżijiet tar-riskju, il-valuri tal-EL għal skoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzati għandhom jiġu assenjati skont it-Tabella 2.



Tabella 2

Maturità li Jifdal

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Inqas minn sentejn u nofs (2,5)

0  %

0,4  %

2,8  %

8  %

50  %

Daqs jew aktar minn sentejn u nofs (2,5)

0,4  %

0,8  %

2,8  %

8  %

50  %

Artikolu 158 9a.
L-ammont ta' telf mistenni għal impenn ta' valur li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3) għandu jkun żero.
Artikolu 158 10.

L-ammonti ta’ telf mistennija għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:

image

image

.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit