+Artikolu 175 Dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni
---+Artikolu 175 1.
---+Artikolu 175 2.
---+Artikolu 175 3.
---+Artikolu 175 4.
---+Artikolu 175 5.
|
Artikolu 175 Dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 175 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw d-diżinn u d-dettalji operattivi tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom. Id-dokumentazzjoni għandha tipprovdi provi dwar il-konformità mar-rekwiżiti f’din it-Taqsima, u tindirizza suġġetti inklużi d-divrenzjar tal-portafolli, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni, ir-responsabbiltajiet tal-partijiet li jikklassifikaw id-debituri u l-iskoperturi, il-frekwenzi tal-analiżi tal-assenjazzjonijiet, u s-sorveljanza tal-immaniġjar tal-proċess tal-klassifikazzjoni.
|
|
Artikolu 175 2.
|
L-istituzzjoni għandha tiddokumenta r-raġunament u l-analiżi li jsostnu l-għażla tagħha tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-bidliet ewlenin kollha fil-proċess tal-klassifikazzjoni tar-riskju, u tali dokumentazzjoni għandha ssostni l-identifikazzjoni tal-bidliet li saru fil-proċess tal-klassifikazzjoni tar-riskju li saru wara l-aħħar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti. L-organizzazzjoni tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni inklużi l-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni u l-istruttura ta’ kontroll intern għandhom ikunu dokumentati wkoll.
|
|
Artikolu 175 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw id-definizzjonijiet speċifiċi ta’ inadempjenza u telf użati internalment u jiżguraw il-konsistenza mad-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 175 4.
|
Fejn l-istituzzjoni tkun tuża mudelli statistiċi fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodoloġiji tagħhom. Dan il-materjal għandu:
(a)
jipprovdi spjega dettaljata tat-teorija, is-suppożizzjonijiet u l-bażi matematika u empirika tal-assenjazzjoni tal-istimi lill-gradi, id-debituri individwali, l-iskoperturi jew l-aggregazzjonijiet u s-sors(i) tad-data użati sabiex jiġi stmat il-mudell;
(b)
jistabbilixxi proċess statistiku rigoruż inklużi testijiet ta’ prestazzjoni extratemporali u extrakampjonarji (out-of-time and out-of-sample) għall-validazzjoni tal-mudell;
(c)
jindika kwalunkwe ċirkostanza li fiha l-mudell ma jaħdimx b’mod effettiv.
|
|
Artikolu 175 5.
|
L-istituzzjoni għandha turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jkunu ntlaħqu, meta l-istituzzjoni tkun kisbet sistema ta’ klassifikazzjoni jew mudell użat fi ħdan sistema ta’ klassifikazzjoni minn bejjiegħ terz u dak il-bejjiegħ jiċħad jew jillimita l-aċċess tal-istituzzjoni għall-informazzjoni rigward il-metodoloġija ta’ dik is-sistema jew il-mudell ta’ klassifikazzjoni, jew id-data sottostanti użata sabiex tiġi żviluppata dik il-metodoloġija jew il-mudell, fuq il-bażi li tali informazzjoni tkun issodisfatta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|