+Artikolu 194 Prinċipji li jirregolaw l-eliġibbiltà tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
---+Artikolu 194 1.
---+Artikolu 194 2.
---+Artikolu 194 3.
---+Artikolu 194 4.
---+Artikolu 194 5.
---+Artikolu 194 6.
---+Artikolu 194 7.
---+Artikolu 194 8.
---+Artikolu 194 9.

Artikolu 194 Prinċipji li jirregolaw l-eliġibbiltà tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 194 1.
It-teknika użata biex tipprovdi l-protezzjoni tal-kreditu flimkien mal-azzjonijiet u l- passi meħuda u l-proċeduri u l-politiki implimentati mill-istituzzjoni mutwanti għandha tkun b’tali mod li tirriżulta f’arranġamenti ta’ protezzjoni tal-kreditu li huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni mutwanti għandha tipprovdi l-aktar verżjoni reċenti tal-opinjoni jew opinjonijiet legali indipendenti, bil-miktub u motivati li hija tkun użat biex tistabbilixxi jekk l-arranġament jew arranġamenti tagħha għall-protezzjoni tal-kreditu jissodisfawx il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 194 2.
L-istituzzjoni mutwanti għandha tieħu l-passi xierqa kollha sabiex tiżgura li l-arranġament tal-protezzjoni tal-kreditu jkun effettiv u sabiex tindirizza r-riskji relatati ma’ dak l-arranġament.
Artikolu 194 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu fil-kalkolu tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu biss fejn l-assi użati għall-protezzjoni jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

huma jkunu inklużi fil-lista ta’ assi eliġibbli mniżżla fl-Artikoli 197 sa 200, kif applikabbli;

(b) 

huma jkunu likwidi biżżejjed u l-valur tagħhom matul iż-żmien ikun stabbli biżżejjed biex tingħata ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni tal-kreditu miksuba filwaqt li jitqiesu l-approċċ użat biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju u l-livell ta’ rikonoxximent permess.

Artikolu 194 4.
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu fil-kalkolu tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu biss fejn l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tillikwida jew iżżomm, fil-ħin, l-assi li minnhom tkun derivata l-protezzjoni f’każ ta’ inadempjenza, insolvenza jew falliment — jew avveniment ta’ kreditu ieħor stipulat fid-dokumentazzjoni tat-transazzjoni — tad-debitur u, fejn applikabbli, tad-depożitarju li għandu l-kollateral. Il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-valur tal-assi użati għall-protezzjoni u l-kwalità tal-kreditu tad-debitur ma għandux ikun għoli wisq.
Artikolu 194 5.
Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, fornitur tal-protezzjoni għandu jikkwalifika bħala fornitur tal-protezzjoni eliġibbli biss meta l-fornitur tal-protezzjoni huwa inkluż fil-lista ta’ fornituri tal-protezzjoni eliġibbli stipulata fl-Artikolu 201 jew 202, kif applikabbli.
Artikolu 194 6.

Fil-każ ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, ftehim ta’ protezzjoni għandu jikkwalifika bħala ftehim ta’ protezzjoni eliġibbli biss meta jilħaq iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

huwa inkluż fil-lista ta’ ftehimiet eliġibbli għall-protezzjoni stipulati fl-Artikoli 203 u 204(1);

(b) 

huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti, sabiex jipprovdi ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni tal-kreditu miksuba wara li jitqiesu l-approċċ użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir- riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent permess;

(c) 

il-fornitur tal-protezzjoni jissodisfa ż-żewġ kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5.

Artikolu 194 7.
Il-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 3, kif applikabbli.
Artikolu 194 8.
Istituzzjoni għandha tkun tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li għandha proċessi adegwati ta’ ġestjoni tar-riskji sabiex tikkontrolla dawn ir-riskji li tista’ tkun esposta għalihom bħala konsegwenza tat-twettiq ta’ prattiki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
Artikolu 194 9.
Minkejja l-fatt li l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ġiet ikkunsidrata għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, fejn applikabbli, l-ammonti ta’ telf mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu jwettqu valutazzjoni sħiħa tar-riskju tal-kreditu tal-iskopertura sottostanti u jkunu f’pożizzjoni sabiex juru lill-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ riakkwist u ta’ transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti l-iskopertura sottostanti għandha, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu biss, titqies bħala l-ammont nett tal-iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit