+Artikolu 198 Eliġibbiltà addizzjonali ta’ kollateral skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
---+Artikolu 198 1.
---+Artikolu 198 2.

Artikolu 198 Eliġibbiltà addizzjonali ta’ kollateral skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 198 1.

Minbarra l-kollateral speċifikat fl-Artikolu 197, meta l-istituzzjoni tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 223, dik l-istituzzjoni tista’ tuża l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli:

(a) 

ekwitajiet jew bonds konvertibbli mhux inklużi f’indiċi ewlieni iżda negozjati f’borża rikonoxxuta;

(b) 

unitajiet jew ishma f’CIUs fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-prezz l-unitajiet jew l-ishma jkun kkwotat pubblikament kuljum;

(ii) 

is-CIU hija limitata li tinvesti fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 197(1) u (4) u l- elementi msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

Fil-każ fejn CIU tinvesti f’unitajiet jew ishma ta’ CIU oħra, il-kondizzjonijiet (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu japplikaw bl-istess mod għal kull tali CIU sottostanti.

L-użu ta’ strumenti derivati minn CIU bħala kopertura għal investimenti permessi ma għandux jipprevjeni unitajiet jew ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.

Artikolu 198 2.

Fejn is-CIU jew kwalunkwe CIU sottostanti ma tkunx limitata għall-investiment fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 197(1) u (4) u fl-elementi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

fejn l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ta' trasparenza msemmi fl-Artikolu 132a(1) jew l-Artikolu 152(2) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f'dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont l-Artikolu 197(1) u (4), u l-elementi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu;

(b) 

meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat imsemmi fl-Artikolu 132a(2) jew 152(5) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f'dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont l-Artikolu 197(1) u (4), u l-elementi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha jkunu investew fi strumenti mhux eliġibbli sal-limitu massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.

Fejn strumenti mhux eliġibbli jista' jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a) 

jikkalkulaw il-valur totali tal-istrumenti mhux eliġibbli;

(b) 

fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta' dak l-ammont mill-valur totali tal-istrumenti eliġibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit