+Artikolu 284 Valur tal-Iskopertura
---+Artikolu 284 1.
---+Article 284 2.
---+Artikolu 284 3.
---+Artikolu 284 4.
---+Artikolu 284 5.
---+Artikolu 284 6.
---+Artikolu 284 7.
---+Artikolu 284 8.
---+Artikolu 284 9.
---+Artikolu 284 10.
---+Artikolu 284 11.
---+Artikolu 284 12.
---+Artikolu 284 13.

Artikolu 284 Valur tal-Iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 284 1.
Fejn istituzzjoni jkollha l-permess, skont l-Artikolu 283(1), tuża l-IMM sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta’ wħud jew tat-transazzjonijiet kollha msemmija f’dak il-paragrafu, għandha tikkalkula il-valur tal-iskopertura ta’ dawk it-transazzjonijiet fil-livell tas-sett ta’ netting.

Il-mudell użat mill-istituzzjoni għal dak il-għan għandu:

(a) 

jispeċifika d-distribuzzjoni tal-previżjonijiet għal varjazzjonijiet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting attribwibbli għal bidliet konġunti fil-varjabbli rilevanti tas-suq, bħal rati tal-imgħax, rati tal-kambju;

(b) 

jikkalkula l-valur tal-iskopertura għas-sett ta’ netting f’kull waħda mid-dati futuri fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet konġunti fil-varjabbli tas-suq.

Article 284 2.
In order for the model to capture the effects of margining, the model of the collateral value shall meet the quantitative, qualitative and data requirements for the IMM in accordance with this Section and the institution may include in its forecasting distributions for changes in the market value of the netting set only eligible financial collateral as referred to in Articles 197 and 198 and points (c) and (d) of Article 299(2).
Artikolu 284 3.

Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-iskoperturi għas-CCR li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-IMM, għandu jkun l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ikkalkulati fuq il-bażi ta’ EPE Effettiva bl-użu tad-data attwali tas-suq;

(b) 

ir-rekwiżit tal-fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ikkalkulati fuq il-bażi tal-EPE Effettiva bl-użu ta’ kalibrazzjoni waħda konsistenti tal-kondizzjonijiet ta' kriżi għall-iskoperturi kollha tas-CCR li għalihom japplika l-IMM.

Artikolu 284 4.

Għajr għall-kontropartijiet identifikati li għandhom Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva (Specific Wrong-Way Risk) li jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 291(4) u (5), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura bħala l-multiplikazzjoni tal-alpha (α) bl-EPE Effettiva, kif ġej:

image

fejn:

α

=

1.4, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jeħtiġux α ogħla jew jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess skont il-paragrafu 9;

L-EPE Effettiva għandha tiġi kkalkulata billi tiġi stmata l-iskopertura mistennija (EEt) bħala l-iskopertura medja fid-data furura t, fejn il-medja tittieħed fost valuri futuri possibbli tal-fatturi tar-riskju tas-suq rilevanti.

Il-mudell għandu jistma l-EE f’serje ta’ dati futuri t1, t2, t3, eċċ.

Artikolu 284 5.

L-EE effettiva għandha tiġi kkalkulata b’mod rikursiv bħala:

image

fejn:

id-data attwali hija denotata bħala t0;
L-EEt0 effettiva hija daqs l-iskopertura attwali.
Artikolu 284 6.

L-EPE effettiva hija l-EE effettiva medja matul l-ewwel sena tal-iskopertura futura. Jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f'inqas minn sena, l-EPE għandha tkun il-medja tal-EE sakemm jimmaturaw il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting. L-EPE effettiva għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja ppeżata tal-EE effettiva:

▼C3

image

▼B

fejn il-piżjiet

image

jippermettu għall-każ meta l-iskopertura futura tkun ikkalkulata f'dati li ma jaqgħux f'intervalli regolari ta’ żmien.
Artikolu 284 7.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-EE jew il-miżuri tal-iskopertura massima fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni tal-iskoperturi li tkopri n-nuqqas ta’ normalità possibbli tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi.
Artikolu 284 8.
Istituzzjoni tista' tuża miżura tad-distribuzzjoni kkalkulata permezz tal-IMM li huwa aktar konservattiv minn α multiplikata b'EPE effettiva kif ikkalkulata skont l-ekwazzjoni fil-paragrafu 4 għal kull kontroparti.
Artikolu 284 9.

Minkejja l-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess għal alpha, fejn:

(a) 

alpha tkun daqs il-proporzjon tal-kapital intern minn simulazzjoni sħiħa tal-iskopertura għas-CCR fost il-kontropartijiet (numeratur) u l-kapital intern ibbażat fuq l-EPE (denominatur);

(b) 

fid-denominatur, l-EPE għandha tintuża daqs li kieku kienet ammont pendenti fiss.

Meta stmata skont dan il-paragrafu, alpha ma għandhiex tkun inqas minn 1.2.

Artikolu 284 10.
Għall-finijiet ta’ stima tal-alpha skont il-paragrafu 9, istituzzjoni għandha tiżgura li n-numeratur u d-denominatur huma kkalkulati b’mod konsistenti mal-metodoloġija tal-immudellar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-parametri u l-kompożizzjoni tal-portafoll. L-approċċ użat għall-istima tal-α għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ tal-kapital intern tal-istituzzjoni, jkun dokumentat sew u jkun soġġett għal validazzjoni indipendenti. Barra minn hekk, istituzzjoni għandha tanalizza l-istimi tagħha ta' alpha mill-inqas fuq bażi trimestrali, u aktar spiss meta l-kompożizzjoni tal-portafoll tvarja maż-żmien. Istituzzjoni għandha tivvaluta wkoll ir-riskju tal-mudell.
Artikolu 284 11.
Istituzzjoni għandha turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-istimi interni tagħha ta' alpha jkopru fin-numeratur fis-sorsi materjali tad-dipendenza tad-distribuzzjoni tal-valuri tas-suq tat-transazzjonijiet jew tal-portafolli tat-transazzjonijiet fost il-kontropartijiet. L-istimi interni ta' alpha għandhom iqisu l-granularità tal-portafolli.
Artikolu 284 12.
Meta jissorveljaw l-użu tal-istimi tal-paragrafu 9, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-varjazzjoni sinifikanti fl-istimi tal-alpha li toħroġ mill-potenzjal ta’ speċifikazzjoni ħażina fil-mudelli użati għan-numeratur, partikolarment meta jkun hemm konvessità.
Artikolu 284 13.
Fejn xieraq, il-volatilitajiet u l-korrelazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju tas-suq użati fl-immudellar konġunt tar-riskju tas-suq u tal-kreditu għandhom ikunu subrdinati għall-fattur tar-riskju tal-kreditu sabiex jirreflettu ż-żidied potenzjali fil-volatilità jew fil-korrelazzjoni f'perijodu ta' tnaqqis tar-ritmu ekonomiku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit