|
+Artikolu 284 1. |
Artikolu 284 1.Fejn istituzzjoni jkollha l-permess, skont l-Artikolu 283(1), tuża l-IMM sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta’ wħud jew tat-transazzjonijiet kollha msemmija f’dak il-paragrafu, għandha tikkalkula il-valur tal-iskopertura ta’ dawk it-transazzjonijiet fil-livell tas-sett ta’ netting. Il-mudell użat mill-istituzzjoni għal dak il-għan għandu:
(a)
jispeċifika d-distribuzzjoni tal-previżjonijiet għal varjazzjonijiet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting attribwibbli għal bidliet konġunti fil-varjabbli rilevanti tas-suq, bħal rati tal-imgħax, rati tal-kambju;
(b)
jikkalkula l-valur tal-iskopertura għas-sett ta’ netting f’kull waħda mid-dati futuri fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet konġunti fil-varjabbli tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|