+Artikolu 306 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi kummerċjali
---+Artikolu 306 1.
---+Artikolu 306 2.
---+Artikolu 306 3.
---+Artikolu 306 4.

Artikolu 306 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi kummerċjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 306 1.

Istituzzjoni għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi kummerċjali tagħha ma' CCPs:

(a) 

għandha tapplika piż tar-riskju ta’ 2 % għall-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi kummerċjali kollha tagħha ma' QCCPs;

(b) 

għandha tapplika l-piż tar-riskju użat għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu kif stipulat fl-Artikolu 107(2)(b) għall-iskoperturi kummerċjali kollha tagħha ma' CCPs li ma jikkwalifikawx;

▼M8

(c) 

meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni ma hi meħtieġa tirrimborża lill-klijent għall-ebda telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni fil-każ ta' inadempjenza ta' CCP, dik l-istituzzjoni tista' tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP għal żero;

▼M8

(d) 

meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP, jistipulaw li l-istituzzjoni hija meħtieġa tirrimborża lill-klijent għal kwalunkwe telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni f'każ ta' inadempjenza tas-CCP, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-trattament fil-punt (a) jew (b), kif applikabbli, għall-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.

Artikolu 306 2.
B'deroga mill-paragrafu 1, fejn assi depożitati bħala kollateral għal CCP jew għal membru tal-ikklerjar huma falliment remot fil-każ li s-CCP, il-membru tal-ikklerjar jew wieħed jew iktar mill-klijenti l-oħrajn tal-membru tal-ikklerjar isiru insolventi, istituzzjoni tista' tattribwixxi valur tal-iskopertura ta' żero għall-iskoperturi għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għal dawk l-assi.
Artikolu 306 3.
Istituzzjoni għandha tikkalkula l-valuri tal-iskopertura ta' negozju tagħha ma' CCP f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu u t-Taqsim 4 tal-Kapitolu 4, kif applikabbli.
Artikolu 306 4.
Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-iskoperturi kummerċjali tagħha ma’ CCPs għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala s-somma tal-valur tal-iskoperturi kummerċjali tagħha ma’ CCPs, ikkalkulata skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, immultiplikata bil-piż tar-riskju determinat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit