|
+Artikolu 306 1. |
Artikolu 306 1.Istituzzjoni għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi kummerċjali tagħha ma' CCPs:
(a)
għandha tapplika piż tar-riskju ta’ 2 % għall-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi kummerċjali kollha tagħha ma' QCCPs;
(b)
għandha tapplika l-piż tar-riskju użat għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu kif stipulat fl-Artikolu 107(2)(b) għall-iskoperturi kummerċjali kollha tagħha ma' CCPs li ma jikkwalifikawx;
(c)
meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni ma hi meħtieġa tirrimborża lill-klijent għall-ebda telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni fil-każ ta' inadempjenza ta' CCP, dik l-istituzzjoni tista' tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP għal żero;
(d)
meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP, jistipulaw li l-istituzzjoni hija meħtieġa tirrimborża lill-klijent għal kwalunkwe telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni f'każ ta' inadempjenza tas-CCP, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-trattament fil-punt (a) jew (b), kif applikabbli, għall-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|