+Artikolu 316 Kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali
---+Artikolu 316 1.
---+Artikolu 316 2.
---+Artikolu 316 3.
|
Artikolu 316 Kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 316 1.
|
L-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju ugwali għal jew ogħla minn EUR 750 miljun għandhom jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom bħala s-somma tat-telf nett kollu fuq sena finanzjarja partikolari, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 318(1), li huwa daqs jew jaqbeż il-limiti tad-data dwar it-telf stabbiliti fl-Artikolu 319(1) jew (2). B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li jiġi kkalkulat telf annwali mir-riskju operazzjonali lill-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju li ma jaqbiżx il-EUR 1 biljun, dment li l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun ta' piż bla bżonn għall-istituzzjoni li tapplika l-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 316 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-indikatur tan-negozju rilevanti għandu jkun l-ogħla valur tal-indikatur tan-negozju li l-istituzzjoni tkun irrapportat fl-aħħar tmien dati ta' referenza tar-rapportar. Istituzzjoni li tkun għadha ma rrapportatx l-indikatur tan-negozju tagħha għandha tuża l-aktar indikatur tan-negozju reċenti tagħha.
|
|
Artikolu 316 3.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjoni ta' piż bla bżonn għall-finijiet tal-paragrafu 1. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|