+Artikolu 325c Ambitu, struttura u rekwiżiti kwalitattivi tal-approċċ standardizzat alternattiv
---+Artikolu 325c 1.
---+Artikolu 325c 2.
---+Artikolu 325c 3.
---+Artikolu 325c 4.
---+Artikolu 325c 5.
---+Artikolu 325c 6.
---+Artikolu 325c 7.
---+Artikolu 325c 8.

Artikolu 325c Ambitu, struttura u rekwiżiti kwalitattivi tal-approċċ standardizzat alternattiv

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325c 1.
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ, u jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, sett dokumentat ta' politiki, ta' proċeduri u ta' kontrolli interni għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Kwalunkwe bidla f'dawk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien xieraq.
Artikolu 325c 2.

Istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformita' mal-approċċ standardizzat alternattiv għal portafoll ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal-kambju barrani u riskju tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2;

(b) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbilit fit-Taqsima 5 li huwa applikabbli biss għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imsemmi f'dik it-Taqsima;

(c) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fit-Taqsima 4 li huma applikabbli biss għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija f'dik it-Taqsima.

Artikolu 325c 3.
B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ standardizzat alternattiv għall-parteċipazzjonijiet tal-istituzzjoni tal-istrumenti tad-dejn proprji tagħha bħala s-somma taż-żewġ komponenti msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (c). Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għall-istrumenti ta' dejn proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), l-istituzzjoni għandha teskludi minn dak il-kalkolu r-riskji mill-firxa tal-kreditu proprja tal-istituzzjoni.
Artikolu 325c 4.
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri. Dik l-unità għall-kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv. Għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kull xahar dwar l-output tal-approċċ standardizzat alternattiv, kif ukoll dwar l-adegwatezza tal-limiti tan-negozjar tal-istituzzjoni.
Artikolu 325c 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw b'mod indipendenti l-approċċ standardizzat alternattiv li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jew bħala parti mill-proċess ta' awditjar intern regolari tagħhom, jew billi jagħtu mandat lil impriża terza sabiex twettaq dak ir-rieżami. L-eżitu ta' tali rieżami għandu jiġi rrappurtat lill-korpi maniġerjali xierqa.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “impriża ta' parti terza” tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq.

Artikolu 325c 6.

Ir-rieżami tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkopri l-attivitajiet kemm tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji u għandu jivvaluta tal-anqas dawn li ġej:

(a) 

il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u tal-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c) 

l-akkuratezza tal-komputazzjonijiet tas-sensittività u tal-proċess użat sabiex jiġu dderivati dawk il-komputazzjonijiet mill-mudelli tal-ipprezzar tal-istituzzjoni li jservu bħala bażi għar-rapportar tal-profitt u telf lill-maniġment superjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 325t;

(d) 

il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża biex tevalwa l-konsistenza, il-puntwalità u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv, inkluż l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-data.

Istituzzjoni għandha twettaq ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-anqas darba fis-sena, jew fuq bażi anqas frekwenti sa kull sentejn meta l-istituzzjoni tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li d-daqs, l-importanza sistematika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha jiġġustifikaw rieżami aktar frekwenti.

Artikolu 325c 7.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, inkluż l-implimentazzjoni minn istituzzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu u fl-Artikolu 325a, jitwettaq b'integrità.
Artikolu 325c 8.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija ta' valutazzjoni li skontha l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifika msemmija fil-paragrafu 7;

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2028.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit