+Artikolu 325at Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-komoditajiet
---+Artikolu 325at 1.
---+Artikolu 325at 2.
---+Artikolu 325at 3.
---+Artikolu 325at 4.

Artikolu 325at Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-komoditajiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325at 1.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe żewġ komoditajiet għandhom jitqiesu komoditajiet distinti meta fis-suq jeżistu żewġ kuntratti li huma differenzjati biss mill-komodità sottostanti li għandha titwassal skont kull kuntratt.
Artikolu 325at 2.

Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:

ρkl = ρkl (komodità) · ρkl (maturità) · ρkl (bażi)
fejn:
ρkl (komodità) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ komoditajiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandu jkun ugwali għall-korrelazzjonijiet intrabucket fit-Tabella 10;
ρkl (maturità) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 99 %; u
ρkl (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ sensitivitajiet ikunu identiċi fil-post ta' kunsinna ta' komodità, f'każijiet oħra għandu jkun ugwali għal 99,90 %.
Artikolu 325at 3.

Il-korrelazzjonijiet intrabucket ρkl (komodità) huma:



Tabella 10

Numru tal-bucket

Isem tal-bucket

Korrelazzjoni

ρkl (komodità)

1

Enerġija - kombustibbli solidi

55 %

2

Enerġija - kombustibbli likwidi

95 %

3

Enerġija - elettriku u skambju tal-karbonju

40 %

4

Merkanzija

80 %

5

Metalli – mhux prezzjużi

60 %

6

Kombustibbli gassużi

65 %

7

Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)

55 %

8

Qmuħ u żrieragħ żejtnin

45 %

9

Bhejjem u prodotti tal-ħalib

15 %

10

Prodotti agrikoli bażiċi u komoditajiet agrikoli oħra

40 %

11

Komodità oħra

15 %

Artikolu 325at 4.

Minkejja l-paragrafu 1, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Żewġ fatturi tar-riskju li huma allokati għall-bucket 3 fit-Tabella 10 u li jikkonċernaw l-elettriku li huwa ġġenerat f'reġjuni differenti jew jiġi konsenjat f'perijodi differenti skont il-ftehim kuntrattwali għandhom jiġu kunsidrati bħala fatturi tar-riskju distinti tal-komoditajiet;

(b) 

Żewġ fatturi tar-riskju li huma allokati għall-bucket 4 fit-Tabella 10 u li jikkonċernaw il-merkanzija fejn ir-rotta tal-merkanzija jew il-ġimgħa ta' konsenja għandhom jiġu kunsidrati bħala fatturi tar-riskju distinti tal-komoditajiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit