+Artikolu 325av Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
---+Artikolu 325av 1.
---+Artikolu 325av 2.
---+Artikolu 325av 3.
---+Artikolu 325av 4.
---+Artikolu 325av 5.

Artikolu 325av Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325av 1.
Għandu jiġi applikat piż tar-riskju ta’ 15 % għas-sensittivitajiet kollha tal-fatturi tar-riskju tal-kambju.
Artikolu 325av 2.

Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, diviża bi 3;

(b) 

il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha mill-Istati Membri u l-Bank Ċentrali Ewropew, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni hija idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni definita skont l-ERM II.

Artikolu 325av 3.
Minkejja l-paragrafu 2, il-ponderazzjoni tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija fil-paragrafu 2 li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandha tkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'din il-faxxa idjaq.
Artikolu 325av 4.
Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bd(7) għandha tkun il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu diviża bi √2.
Artikolu 325av 5.
Fejn id-data ta' kuljum dwar ir-rata tal-kambju għat-tliet snin preċedenti turi li muniti akkoppjati magħmula mill-euro u munita li ma tkunx l-euro ta' Stat Membru jkunu kostanti u li l-istituzzjoni hija dejjem kapaċi tiffaċċa firxa offerta/talba ta' żero fuq in-negozju rispettiv relatat ma' dawk il-muniti akkoppjati, l-istituzzjoni tista' tapplika l-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 diviż bi 2, sakemm din għandha l-permess espliċitu mill-awtorità kompetenti tagħha biex tagħmel dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit