+Artikolu 325bl Kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
---+Artikolu 325bl 1.
---+Artikolu 325bl 2.
|
Artikolu 325bl Kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bl 1.
|
Il-pożizzjonijiet kollha ta' istituzzjoni li jkunu ġew assenjati għal postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza meta dawk il-pożizzjonijiet ikun fihom tal-inqas fattur ta' riskju wieħed li kien ikklassifikat għall-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju “ekwità” jew “firxa ta' kreditu” f'konformità mal-Artikolu 325bd(1). Dak ir-rekwiżit ta' fondi proprji, li huwa inkrementali għar-riskji koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(1), għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-mudell intern tal-istituzzjoni għar-riskju ta' inadempjenza. Dak il-mudell li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din it-Taqsima.
|
|
Artikolu 325bl 2.
|
Għal kull waħda mill-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tidentifika emittent wieħed ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità negozjati relatat ma' tal-inqas fattur ta' riskju wieħed.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|