+Artikolu 329 Opzjonijiet u warrants
---+Artikolu 329 1.
---+Artikolu 329 2.
---+Artikolu 329 3.
---+Artikolu 329 4.
|
Artikolu 329 Opzjonijiet u warrants
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 329 1.
|
L-opzjonijiet u l-warrants fuq ir-rati tal-imgħax, l-istrumenti tad-dejn, l-ekwitajiet, l-indiċijiet tal-ekwità, il-futures finanzjarji, l-iswaps u l-muniti barranin għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet ugwali fil-valur għall-ammont tal-istrument sottostanti li għalih tirreferi l-opzjoni, immultiplikat bid-delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Jista' jsir netting ta; dawn il-pożizzjonijiet tal-aħħar ma' kwalunkwe pożizzjoni ta' tpaċija fit-titoli jew derivati sottostanti identiċi. Id-delta użata għandha tkun dik tal-borża kkonċernata. Għall-opzjonijiet OTC, jew fejn id-delta ma tkunx disponibbli mill-borża kkonċernata, l-istituzzjoni tista' tikkalkula d-delta hi stess billi tuża mudell adatt, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.
|
|
Artikolu 329 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu adegwatament, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, riskji oħra, minbarra r-riskju tad-delta, assoċjati ma’ opzjonijiet.
|
|
Artikolu 329 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirriflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju tad-delta, imsemmija fil-paragrafu 2 b’mod proporzjonali mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet u l-warrants. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 329 4.
|
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|