|
+Artikolu 403 3. |
Artikolu 403 3.Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-ammont fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e) ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati:
(a)
l-ammont totali tal-iskopertura tal-istituzzjoni għal emittent tal-kollateral minħabba ftehimiet ta' riakkwist bejn tliet partijiet iffaċilitati minn aġent ta' tliet partijiet;
(b)
l-ammont totali tal-limiti li l-istituzzjoni tkun tat struzzjonijiet lill-aġent ta' tliet partijiet imsemmi fil-punt (a) sabiex japplika għat-titoli maħruġa mill-emittent tal-kollateral imsemmi f'dak il-punt;
(c)
l-istituzzjoni tkun ivverifikat li l-aġent ta' tliet partijiet għandu fis-seħħ salvagwardji xierqa sabiex jipprevjeni l-ksur tal-limiti msemmija fil-punt (b);
(d)
l-awtorità kompetenti ma tkunx esprimiet lill-istituzzjoni ebda tħassib materjali;
(e)
is-somma tal-ammont tal-limitu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u kwalunkwe skopertura oħra tal-istituzzjoni għall-emittent tal-kollateral ma taqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 395(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|