+Artikolu 424 Flussi 'l barra minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità
---+Artikolu 424 1.
---+Artikolu 424 2.
---+Artikolu 424 3.
---+Artikolu 424 4.
---+Artikolu 424 5.
---+Artikolu 424 6.

Artikolu 424 Flussi 'l barra minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 424 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw flussi ’l barra minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati u faċilitajiet ta’ likwidità impenjati, li għandhom jiġu determinati bħala perċentwal tal-ammont massimu li jista’ jinġibed matul it-30 ġurnata li jmiss. Dan l-ammont massimu li jista’ jinġibed jista’ jiġi vvalutat wara li jitnaqqas kull rekwiżit ta' likwidità obbligat skont l-Artikolu 420(2) għall-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għall-finanzjament tal-kummerċ u wara li jitnaqqas il-valur skont l-Artikolu 418 tal-kollateral li għandu jiġi pprovdut jekk l-istituzzjoni tista’ tuża mill-ġdid il-kollateral u jekk il-kollateral ikun fil-forma ta’ assi likwidi skont l-Artikolu 416. Il-kollateral li jrid jiġi pprovdut ma għandux ikun assi maħruġ mill-kontroparti tal-faċilità jew waħda mill-entitajiet affiljati tagħha. Jekk l-informazzjoni neċessarja tkun disponibbli għall-istituzzjoni, l-ammont massimu li jista’ jinġibed għall-faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità għandu jiġi determinat bħala l-ammont massimu li jista’ jinġibed minħabba obbligi proprji tal-kontroparti jew minħabba l-iskeda predefinita kuntrattwali għall-ġbid ta' self li jkunu ser isiru dovuti matul it-30 ġurnata li jmiss.
Artikolu 424 2.
L-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati mhux miġbuda u faċilitajiet ta’ likwidità impenjati mhux miġbuda matul it-30 ġurnata li jmiss għandu jiġi multiplikat b’5 % jekk dawn jikkwalifikaw għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur skont l-approċċ Standardizzat jew IRB għar-riskju tal-kreditu.
Artikolu 424 3.

L-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati mhux miġbuda u faċilitajiet ta’ likwidità impenjati mhux miġbuda matul it-30 ġurnata li jmiss għandu jiġi multiplikat b’10 % meta dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ma jikkwalifikawx għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur skont l-approċċ Standardizzat jew IRB għar-riskju tal-kreditu;

(b) 

ikunu pprovduti lill-klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji;

(c) 

ma jkunux ingħataw sabiex jiġi sostitwit il-finanzjament tal-klijent f'sitwazzjonijiet fejn ma jistax jikseb ir-rekwiżiti ta' finanzjament tiegħu fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 424 4.
L-ammont impenjat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lil dik l-SSPE tixtri assi, għajr it-titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għandu jiġi multiplikat b'10 %, sakemm l-ammont impenjat jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mill-klijenti u li l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.
Artikolu 424 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati mhux miġbuda u faċilitajiet ta’ likwidità impenjati mhux miġbuda matul it-30 ġurnata li jmiss. Dan japplika b'mod partikolari għal dawn li ġejjin:

(a) 

faċilitajiet ta’ likwidità li l-istituzzjoni tat lill-SSPEs għajr dawk imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3;

(b) 

arranġamenti li bihom l-istituzzjoni tkun meħtieġa tixtri jew tisswapja assi minn SSPE;

(c) 

faċilitajiet estiżi għall-istituzzjonijiet tal-kreditu;

(d) 

faċilitajiet estiżi għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ditti ta' investiment.

Artikolu 424 6.
B'deroga mill-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet li ġew stabbiliti u li huma sponsorjati mill-inqas minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru jistgħu japplikaw it-trattamenti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 anki fuq faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità li jingħataw lill-istituzzjonijiet għall-iskop uniku ta’ finanzjament b’mod dirett jew indirett ta’ self promozzjonali li jikkwalifika għall-klassijiet ta' skopertura msemmija f’dawk il-paragrafi. ►C2  B'deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 425(2), fejn dak is-self promozzjonali jingħata ◄ permezz ta' istituzzjoni oħra bħala intermedjarja (self ittrasferit), l-istituzzjonijiet li jagħtu dak is-self promozzjonali lill-benefiċjarju finali jistgħu japplikaw fluss simetriku ’il ġewwa u ’l barra. Dak is-self promozzjonali għandu jkun disponibbli biss għal persuni li mhumiex klijenti finanzjarji fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni u/jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali ta' dak l-Istat Membru. Għandu jkun possibbli biss li jinġibdu minn tali faċilitajiet wara t-talba raġonevolment mistennija għal self promozzjonali u sal-ammont ta’ tali talba marbuta ma' rappurtar sussegwenti dwar l-użu tal-fondi mogħtija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit