+Artikolu 428l Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428l Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428l

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

▼C8

L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:

▼M8

(a) 

depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(b) 

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(i) 

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii) 

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iii) 

entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iv) 

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v) 

klijenti korporattivi nonfinanzjarji;

(vi) 

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

(c) 

obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' minimu ta' sitt xhur izda inqas minn sena li huma pprovduti minn:

(i) 

il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii) 

klijenti finanzjarji;

▼C8

(d) 

kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital oħra b’maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.

▼M8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit