+Artikolu 429c Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi
---+Artikolu 429c 1.
---+Artikolu 429c 2.
---+Artikolu 429c 3.
---+Artikolu 429c 4.
---+Artikolu 429c 4a.
---+Artikolu 429c 5.
---+Artikolu 429c 6.
|
Artikolu 429c Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 429c 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, f'konformità mal-metodu stipulat fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. Meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti ta' kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta' netting f'konformità mal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu kont ta' netting bejn prodotti differenti, iżda jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott kif imsemmi fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu fejn ikunu soġġetti għal ftehim ta' netting kuntrattwali bejn prodotti differenti kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali opzjonijiet mibjugħa anki meta l-valur tal-iskopertura tagħhom jista' jiġi stabbilit għal żero f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 274(5).
|
|
Artikolu 429c 2.
|
Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatata ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura dak it-tnaqqis.
|
|
Artikolu 429c 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mingħand il-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, meta l-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M17
(a)
għal negozji mhux ikklerjati permezz ta' QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati mill-assi tal-istituzzjoni;
▼M8
(b)
il-marġni ta' varjazzjoni jiġi kalkulat u skambjat mill-inqas kuljum fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;
(c)
il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun f'munita speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, fil-ftehim ta' netting ewlieni li jirregolah, fl-anness ta' appoġġ għall-ftehim ta' netting ewlieni kwalifikanti jew kif definit minn kwalunkwe ftehim ta' netting ma' QCCP;
(d)
il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ biex ineħħi l-iskopertura ta' valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt tad-derivattivi soġġett għal-livell limitu u l-ammonti ta' trasferiment minimi li jkunu applikabbli għall-kontroparti;
(e)
il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġni ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt ikunu koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala li jnaqqas ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 295.
Meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni ddepożitat mal-kontroparti u għandha tinkludih fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tiġi kunsidrata li ssodisfat il-kondizzjoni stipulata fih meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fl-għodwa tal-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivattivi, dment li l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux kontestat li jkun ġie skambjat.
|
|
Artikolu 429c 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx jinkludu kollateral riċevut fil-kalkolu tal-NICA kif iddefinit fl-Artikolu 272, il-punt (12a).
|
|
Artikolu 429c 4a.
|
B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, istituzzjoni tista' tirrikonoxxi kwalunkwe kollateral riċevut f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kollateral jiġi riċevut minn klijent għal kuntratt tad-derivattivi kklerjat mill-istituzzjoni f'isem dak il-klijent;
(b)
il-kuntratt imsemmi fil-punt (a) jiġi kklerjat permezz ta' QCCP;
(c)
meta l-kollateral ikun ġie riċevut fil-forma ta' marġni inizjali, dak il-kollateral jiġi ssegregat mill-assi tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 429c 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-valur tal-multiplikatur użat fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 278(1) għal wieħed, ħlief fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi ma' klijenti meta dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP.
|
|
Artikolu 429c 6.
|
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu li jinsab fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4 jew 5 biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawn li ġejjin:
(a)
kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu, meta jużaw ukoll dak il-metodu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c);
(b)
derivattivi ta' kreditu li għalihom japplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 273(3) jew (5), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jintuża dak il-metodu.
Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|