|
+Artikolu 429c 6. |
Artikolu 429c 6.B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu li jinsab fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4 jew 5 biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawn li ġejjin:
(a)
kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu, meta jużaw ukoll dak il-metodu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c);
(b)
derivattivi ta' kreditu li għalihom japplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 273(3) jew (5), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jintuża dak il-metodu. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|