+Artikolu 429c 3.

Artikolu 429c 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mingħand il-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, meta l-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M17

(a) 

għal negozji mhux ikklerjati permezz ta' QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati mill-assi tal-istituzzjoni;

▼M8

(b) 

il-marġni ta' varjazzjoni jiġi kalkulat u skambjat mill-inqas kuljum fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;

(c) 

il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun f'munita speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, fil-ftehim ta' netting ewlieni li jirregolah, fl-anness ta' appoġġ għall-ftehim ta' netting ewlieni kwalifikanti jew kif definit minn kwalunkwe ftehim ta' netting ma' QCCP;

(d) 

il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ biex ineħħi l-iskopertura ta' valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt tad-derivattivi soġġett għal-livell limitu u l-ammonti ta' trasferiment minimi li jkunu applikabbli għall-kontroparti;

(e) 

il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġni ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt ikunu koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala li jnaqqas ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 295.

Meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni ddepożitat mal-kontroparti u għandha tinkludih fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tiġi kunsidrata li ssodisfat il-kondizzjoni stipulata fih meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fl-għodwa tal-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivattivi, dment li l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux kontestat li jkun ġie skambjat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit