+Artikolu 446 Divulgazzjoni tar-riskju operazzjonali
---+Artikolu 446 1.
---+Artikolu 446 2.

Artikolu 446 Divulgazzjoni tar-riskju operazzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 446 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-karatteristiċi u l-elementi ewlenin tal-qafas ta' ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom;

(b) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali ugwali għall-komponent tal-indikatur tan-negozju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 313;

(c) 

l-indikatur tan-negozju, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 314(1), u l-ammonti ta' kull wieħed mill-komponenti tal-indikatur tan-negozju u s-subkomponenti tagħhom għal kull waħda mit-tliet snin rilevanti għall-kalkolu tal-indikatur tan-negozju;

(d) 

l-ammont tat-tnaqqis tal-indikatur tan-negozju għal kull esklużjoni mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2), kif ukoll il-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għal tali esklużjonijiet.

Artikolu 446 2.

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 316(1) għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom għal kull waħda minn dawn l-aħħar 10 snin finanzjarji, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 316(1);

(b) 

l-għadd ta' avvenimenti eċċezzjonali ta' riskju operazzjonali u l-ammonti tat-telf mir-riskju operazzjonali nett aggregat korrispondenti li ġie eskluż mill-kalkolu tat-telf annwali tar-riskju operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 320(1), għal kull waħda minn dawn l-aħħar 10 snin finanzjarji, u l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għal dawk l-esklużjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit