+Artikolu 465 Arranġamenti tranżizzjonali għall-minimu tal-output
---+Artikolu 465 1.
---+Artikolu 465 2.
---+Artikolu 465 3.
---+Artikolu 465 4.
---+Artikolu 465 5.
---+Artikolu 465 6.
---+Artikolu 465 7.
---+Artikolu 465 8.
---+Artikolu 465 9.
---+Artikolu 465 10.
---+Artikolu 465 11.
---+Artikolu 465 12.
---+Artikolu 465 13.
|
Artikolu 465 Arranġamenti tranżizzjonali għall-minimu tal-output
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 465 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 92(3), l-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-fattur x li ġej meta jikkalkulaw it-TREA:
(a)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026;
(c)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Diċembru 2027;
(d)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;
(e)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.
|
|
Artikolu 465 2.
|
B'deroga mill-Artikolu 92(3), l-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2029, japplikaw il-formula li ġejja meta jikkalkulaw it-TREA:
Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fattur applikabbli x imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 465 3.
|
B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jassenjaw piż tar-riskju ta' 65 % għal skoperturi għal korporattivi li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u dment li l-istimi ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-PD ta' dawk id-debituri, ikkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, ma jkunux ogħla minn 0,5 %. L-EBA u l-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, għandhom jimmonitorjaw l-użu tat-trattament tranżizzjonali stabbilit fl-ewwel subparagrafu u jivvalutaw, b'mod partikolari:
(a)
id-disponibbiltà ta' valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għal korporattivi u l-punt sa fejn dak jaffettwa s-self tal-istituzzjonijiet lill-korporattivi;
(b)
l-iżvilupp tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-ostakli għad-dħul fis-suq għal aġenziji ġodda ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-rata tal-użu minn korporattivi li jagħżlu li jiġu kklassifikati minn waħda jew aktar minn dawk l-aġenziji, u l-impedimenti għad-disponibbiltà ta' valutazzjonijiet tal-kreditu għal korporattivi mill-ECAIs;
(c)
miżuri possibbli biex jiġu indirizzati l-impedimenti, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-setturi ekonomiċi u ż-żoni ġeografiċi u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet immexxija mis-settur privat jew pubbliku, bħal sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu, klassifikazzjonijiet privati b'mandat mill-istituzzjonijiet, kif ukoll klassifikazzjonijiet tal-banek ċentrali;
(d)
l-adegwatezza tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' skoperturi korporattivi mhux ikklassifikati u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja;
(e)
l-approċċi ta' pajjiżi terzi dwar l-applikazzjoni tal-minimu tal-output għall-iskoperturi korporattivi u kunsiderazzjonijiet fit-tul tal-kundizzjonijiet ekwi li jistgħu jirriżultaw minn dan;
(f)
konformità mal-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS.
L-EBA u l-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, għandhom jippreżentaw rapport bis-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2029. Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.
|
|
Artikolu 465 4.
|
B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(iv), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2029, jissostitwixxu alfa b'1 fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 meta l-istess valuri tal-iskopertura jiġu kkalkulati f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6 għall-finijiet tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu.
|
|
Artikolu 465 5.
|
B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jassenjaw:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2032, piż tar-riskju ta' 10 % għall-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 55 % tal-valur tal-proprjetà, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu; u
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2029, piż tar-riskju ta' 45 % għal kwalunkwe parti li jifdal tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 80 % tal-valur tal-proprjetà, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501.
|
|
Artikolu 465 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (a), meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 10 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni. Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 10 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe rahan aktar prijoritarju mhux miżmum mill-istituzzjoni, għandu jitnaqqas bil-prodott ta':
(a)
55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u
(b)
l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.
|
|
Artikolu 465 7.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (b), meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 45 %, l-ammont ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni. Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 45 %, l-ammont ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe rahan aktar prijoritarju mhux miżmum mill-istituzzjoni, għandu jitnaqqas bil-prodott ta':
(a)
80 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u
(b)
l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.
|
|
Artikolu 465 8.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-iskoperturi jikkwalifikaw għat-trattament skont l-Artikolu 125(1);
(b)
l-iskoperturi kwalifikanti jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3;
(c)
il-proprjetà residenzjali li tiggarantixxi l-iskoperturi kwalifikanti tkun tinsab fl-Istat Membru li jkun eżerċita d-diskrezzjoni;
(d)
matul l-aħħar tmien snin it-telf tal-istituzzjoni fi kwalunkwe sena partikolari, kif irrapportat mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 430a(1), il-punti (a) u (c), jew skont l-Artikolu 101(1), il-punt (a) u (c), fil-verżjoni ta’ dawk il-punti applikabbli fis-27 ta’ Ġunju 2021, fuq il-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li ma jiġix iddeterminat mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), ma jaqbiżx medja ta' 0,25 % tas-somma tal-valuri tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali;
(e)
għall-iskoperturi kwalifikanti l-istituzzjoni jkollha d-drittijiet infurzabbli li ġejjin f'każ ta' inadempjenza jew nuqqas ta' pagament tad-debitur:
(i)
dritt għall-proprjetà residenzjali li tiggarantixxi l-iskopertura jew id-dritt għal ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 108(5), il-punt (g);
(ii)
dritt għal assi u introjtu oħra tad-debitur jew kuntrattwalment jew bil-liġi nazzjonali applikabbli;
(f)
l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e).
|
|
Artikolu 465 9.
|
Meta tkun ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 8, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin għal kwalunkwe parti li jifdal tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (b), sal-31 ta' Diċembru 2032:
(a)
52,5 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2030 sal-31 ta' Diċembru 2030;
(b)
60 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2031 sal-31 ta' Diċembru 2031;
(c)
67,5 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2032 sal-31 ta' Diċembru 2032.
|
|
Artikolu 465 10.
|
Meta l-Istati Membri jeżerċitaw id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 5, huma għandhom jinnotifikaw lill-EBA u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-verifiki kollha msemmija fil-paragrafu 8, il-punt (f), lill-EBA.
|
|
Artikolu 465 11.
|
L-EBA għandha timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali stabbilit fil-paragrafu 5 u għandha tippreżenta rapport bis-sejbiet tagħha dwar l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju assoċjati lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028. Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.
|
|
Artikolu 465 12.
|
Kwalunkwe estensjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fil-paragrafi 3, 5 u 9 ta' dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 495b(1), 495c(1) u 495d(1), għandha tkun limitata għal erba' snin, u għandha tiġi sostanzjata b'evalwazzjoni ekwivalenti għal dawk imsemmija f'dawk l-Artikoli.
|
|
Artikolu 465 13.
|
B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(iii) jew (b)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, għal skoperturi li huma ponderati għar-riskju bl-użu tas-SEC-IRBA jew l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna f'konformità mal-Artikolu 92(4), meta l-parti tal-ammont totali standardizzat tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal riskju ta' kreditu, riskju ta' dilwizzjoni, riskju tal-kreditu tal-kontroparti jew għar-riskju tas-suq li jirriżulta min-negozju tal-portafoll tan-negozjar tiġi kkalkulata bl-użu tas-SEC-SA f'konformità mal-Artikolu 261 jew 262, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2032, japplikaw il-fattur p li ġej:
(a)
p = 0,25 għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 262;
(b)
p = 0,5 għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 261.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|