|
+Artikolu 465 5. |
Artikolu 465 5.B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jassenjaw:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2032, piż tar-riskju ta' 10 % għall-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 55 % tal-valur tal-proprjetà, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu; u
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2029, piż tar-riskju ta' 45 % għal kwalunkwe parti li jifdal tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 80 % tal-valur tal-proprjetà, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|