+Artikolu 465 8.

Artikolu 465 8.

Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-iskoperturi jikkwalifikaw għat-trattament skont l-Artikolu 125(1);

(b) 

l-iskoperturi kwalifikanti jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3;

(c) 

il-proprjetà residenzjali li tiggarantixxi l-iskoperturi kwalifikanti tkun tinsab fl-Istat Membru li jkun eżerċita d-diskrezzjoni;

(d) 

matul l-aħħar tmien snin it-telf tal-istituzzjoni fi kwalunkwe sena partikolari, kif irrapportat mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 430a(1), il-punti (a) u (c), jew skont l-Artikolu 101(1), il-punt (a) u (c), fil-verżjoni ta’ dawk il-punti applikabbli fis-27 ta’ Ġunju 2021, fuq il-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li ma jiġix iddeterminat mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), ma jaqbiżx medja ta' 0,25  % tas-somma tal-valuri tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali;

(e) 

għall-iskoperturi kwalifikanti l-istituzzjoni jkollha d-drittijiet infurzabbli li ġejjin f'każ ta' inadempjenza jew nuqqas ta' pagament tad-debitur:

(i) 

dritt għall-proprjetà residenzjali li tiggarantixxi l-iskopertura jew id-dritt għal ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 108(5), il-punt (g);

(ii) 

dritt għal assi u introjtu oħra tad-debitur jew kuntrattwalment jew bil-liġi nazzjonali applikabbli;

(f) 

l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit