+Artikolu 484 Eliġibbiltà għall-anterjorità ta’ elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE
---+Artikolu 484 1.
---+Artikolu 484 2.
---+Artikolu 484 3.
---+Artikolu 484 4.
---+Artikolu 484 5.

Artikolu 484 Eliġibbiltà għall-anterjorità ta’ elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 484 1.
Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal strumenti u elementi li nħarġu fi jew qabel il-31 ta' Diċembru 2011 u li kienu eliġibbli bħala fondi proprji fil-31 ta' Diċembru 2011 u mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 483(1).
Artikolu 484 2.
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 26 sa 29, 51, 52, 62 u 63, dan l-Artikolu għandu japplika matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
Artikolu 484 3.
Soġġett għall-Artikolu 485 ta' dan ir-Regolament u tal-limitu speċifikat fl-Artikolu 486(2) tiegħu, kapital fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifika bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 minkejja li dak il-kapital ma jilħaqx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 484 4.
Soġġetti għal-limitu speċifikat fl-Artikolu 486(3) ta' dan ir-Regolament, l-istrumenti, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifikaw bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (ca) tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 154(8) u (9) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali, minkejja li ma jintlaħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 484 5.
Soġġetti għal-limiti speċifikati fl-Artikolu 486(4) ta' dan ir-Regolament, l-elementi, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (e), (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2, minkejja li dawn l-elementi mhumiex inklużi fl-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament jew il-fatt li ma jintlaħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit