+Artikolu 500a Trattament temporanju ta’ dejn pubbliku maħruġ fil-munita ta’ Stat Membru ieħor
---+Artikolu 500a 1.
---+Artikolu 500a 2.
---+Artikolu 500a 3.

Artikolu 500a Trattament temporanju ta’ dejn pubbliku maħruġ fil-munita ta’ Stat Membru ieħor

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 500a 1.

B'deroga mill-Artikolu 114(2), sal-31 ta' Diċembru 2026, għal skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, fejn dawk l-iskoperturi jkunu denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' Stat Membru ieħor, japplikaw dawn li ġejjin:

(a) 

sal-31 ta' Diċembru 2024, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskopertura għandu jkun 0 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 114(2);

(b) 

fl-2025, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskopertura għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 114(2);

(c) 

fl-2026, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskopertura għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 114(2).

Artikolu 500a 2.

B’deroga mill-Artikoli 395(1) u 493(4), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet iġarrbu skoperturi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:

▼M17

(a) 

100 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2025;

(b) 

75 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2026;

(c) 

50 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2027.

▼M11

Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskoperturi wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403.

Artikolu 500a 3.
B’deroga mill-punt (ii) tal-punt (d) tal-Artikolu 150(1), wara li jirċievu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 150, l-istituzzjonijiet jistgħu wkoll japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, fejn dawk l-iskoperturi jkunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit