+Artikolu 501a Aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali
---+Artikolu 501a 1.
---+Artikolu 501a 2.
---+Artikolu 501a 3.
---+Artikolu 501a 4.
---+Artikolu 501a 5.
|
Artikolu 501a Aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 501a 1.
|
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu kalkulat f'konformità mat-Titolu II, Parti III għandhom jiġu multiplikati b'fattur ta' 0,75, dment li l-iskopertura tkun konformi mal-kriterji kollha li ġejjin:
▼M17
(a)
l-iskopertura tiġi assenjata għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), jew għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), bl-esklużjoni tal-iskoperturi f'inadempjenza;
▼M8
(b)
l-iskopertura hija għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;
(c)
is-sors tar-ripagament tal-obbligu hu rappreżentat b'mhux inqas minn żewġ terzi tal-ammont tiegħu mid-dħul ġenerat mill-assi li qed jiġu finanzjati, pjuttost milli l-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali usa', jew minn sussidji, għotjiet jew finanzjament ipprovduti minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;
(d)
l-obbligant jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anki taħt kondizzjonijiet stressjati b'mod sever li jkunu rilevanti għar-riskju tal-proġett;
(e)
il-flussi ta' flus li l-obbligant jiġġenera jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti ta' self futuri kollha matul il-perijodu tas-self;
▼M17
(f)
ir-riskju ta' rifinanzjament ta-debitur ikun baxx jew mitigat adegwatament, filwaqt li jitqies kwalunkwe sussidju, għotja jew finanzjament ipprovdut minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-paragrafu 2, il-punti (b)(i) u (ii);
▼M8
(g)
l-arranġamenti kuntrattwali jipprovdu lis-selliefa grad għoli ta' protezzjoni inkluż dawn li ġejjin:
(i)
meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li effettivament jipproteġu lis-selliefa kontra telf li jirriżulta mit-tmiem tal-proġett mill-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi provduti mill-obbligant;
(ii)
l-obbligant ikollu fondi ta' riserva suffiċjenti finanzjati bis-sħiħ bil-flus jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' garanti bi klassifikazzjoni għolja biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-assi imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(iii)
is-selliefa jkollhom livell sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u d-dħul ġenerat mill-obbligant;
(iv)
is-selliefa jkollhom il-benefiċċju ta' sigurtà sa fejn permess mil-liġi applikabbli f'assi u kuntratti kritiċi għan-negozju tal-infrastruttura jew ikollhom mekkaniżmi alternattivi stabbiliti biex jiżguraw il-pożizzjoni tagħhom;
(v)
l-ekwità tintwiegħed lis-selliefa sabiex ikunu jistgħu jieħdu kontroll tal-entità mal-inadempjenza;
(vi)
ikun ristrett l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara pagamenti obbligatorji mill-proġett għal finijiet ħlief obbligi għall-ħlas tad-dejn;
(vii)
ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-obbligant biex iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għas-selliefa, inkluż ir-restrizzjoni li dejn ġdid ma jistax jinħareġ mingħajr il-kunsens ta' fornituri tas-self eżistenti;
(h)
l-obbligu jkun privileġġat fir-rigward tal-pretensjonijiet l-oħra kollha ħlief pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn kontropartijiet derivattivi;
(i)
meta l-obbligant ikun fil-fażi ta' kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-investitur tal-ekwità, jew meta jkun hemm iktar minn investitur wieħed tal-ekwità, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti minn grupp ta' investituri tal-ekwità kollu kemm hu:
(i)
l-investituri tal-ekwità jkollhom storja ta' sorveljanza b'suċċess ta' proġetti infrastrutturali, is-saħħa finanzjarja u l-għarfien espert rilevanti;
(ii)
l-investituri tal-ekwità jkollhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew ikun hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-obbligant bħala riżultat tal-inadempjenza tagħhom;
(iii)
ikun hemm mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex jallinjaw l-interess tal-investituri tal-ekwità mal-interessi tas-selliefa;
(j)
l-obbligant ikollu salvagwardji adegwati biex jiżguraw tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma; inkluż garanziji b'saħħithom ta' tlestija jew l-involviment ta' kostruttur ta' esperjenza u dispożizzjonijiet adegwati fil-kuntratt għal danni likwidati;
(k)
meta r-riskji operatorji jkunu materjali, ikunu ġestiti tajjeb;
(l)
l-obbligant juża teknoloġija u disinn ittestjati;
(m)
ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha;
(n)
l-obbligant juża derivattivi biss għal finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju;
▼M17
(o)
għal skoperturi oriġinati wara l-1 ta' Jannar 2025, id-debitur ikun wettaq valutazzjoni li l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jikkontribwixxu b'mod pożittiv għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi l-oħra stabbiliti f'dak l-Artikolu, jew li l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti f'dak l-Artikolu.
▼M8
|
|
Artikolu 501a 2.
|
Għall-finijiet ta' punt (e) tal-paragrafu 1, il-flussi ta' flus ġenerati ma għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tissodisfax il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(i)
id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà;
(ii)
id-dħul ikun soġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;
(iii)
id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;
(iv)
il-livell ta' produzzjoni jew tal-użu u l-prezz għandhom b'mod indipendenti jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
—
ikunu ffissati b'kuntratt,
—
ikunu suffiċjentement prevedibbli b'riżultat ta' domanda baxxa tar-riskju;
(b)
meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi pprovduti mill-obbligant għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 u 115 jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;
(ii)
entità tas-settur pubbliku, dment li tkun assenjata lilha ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 % jew inqas f'konformità mal-Artikolu 116 jew tkun assenjata lilha klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;
(iii)
bank multilaterali tal-iżvilupp imsemmi fl-Artikolu 117(2);
(iv)
organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
(v)
entità korporattiva li ġiet assenjata klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;
(vi)
entità li tkun sostitwibbli mingħajr bidla sinifikanti fil-livell u fid-dewmien tad-dħul.
|
|
Artikolu 501a 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sitt xhur dwar l-ammont totali ta' skoperturi lill-entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 501a 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2022 tirrapporta dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq is-self lill-entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt.
|
|
Artikolu 501a 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-ABE għandha tirrapporta dwar dan li ġej lill-Kummissjoni:
(a)
analiżi tal-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kondizzjonijiet fis-swieq għal self tal-infrastruttura u l-finanzjament ta' proġetti tul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 4;
(b)
analiżi tal-element ta' riskju effettiv tal-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tul ċiklu ekonomiku sħiħ;
(c)
il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|