+Artikolu 501a 1.

Artikolu 501a 1.

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu kalkulat f'konformità mat-Titolu II, Parti III għandhom jiġu multiplikati b'fattur ta' 0,75, dment li l-iskopertura tkun konformi mal-kriterji kollha li ġejjin:

▼M17

(a) 

l-iskopertura tiġi assenjata għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), jew għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), bl-esklużjoni tal-iskoperturi f'inadempjenza;

▼M8

(b) 

l-iskopertura hija għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;

(c) 

is-sors tar-ripagament tal-obbligu hu rappreżentat b'mhux inqas minn żewġ terzi tal-ammont tiegħu mid-dħul ġenerat mill-assi li qed jiġu finanzjati, pjuttost milli l-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali usa', jew minn sussidji, għotjiet jew finanzjament ipprovduti minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;

(d) 

l-obbligant jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anki taħt kondizzjonijiet stressjati b'mod sever li jkunu rilevanti għar-riskju tal-proġett;

(e) 

il-flussi ta' flus li l-obbligant jiġġenera jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti ta' self futuri kollha matul il-perijodu tas-self;

▼M17

(f) 

ir-riskju ta' rifinanzjament ta-debitur ikun baxx jew mitigat adegwatament, filwaqt li jitqies kwalunkwe sussidju, għotja jew finanzjament ipprovdut minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-paragrafu 2, il-punti (b)(i) u (ii);

▼M8

(g) 

l-arranġamenti kuntrattwali jipprovdu lis-selliefa grad għoli ta' protezzjoni inkluż dawn li ġejjin:

(i) 

meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li effettivament jipproteġu lis-selliefa kontra telf li jirriżulta mit-tmiem tal-proġett mill-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi provduti mill-obbligant;

(ii) 

l-obbligant ikollu fondi ta' riserva suffiċjenti finanzjati bis-sħiħ bil-flus jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' garanti bi klassifikazzjoni għolja biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-assi imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(iii) 

is-selliefa jkollhom livell sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u d-dħul ġenerat mill-obbligant;

(iv) 

is-selliefa jkollhom il-benefiċċju ta' sigurtà sa fejn permess mil-liġi applikabbli f'assi u kuntratti kritiċi għan-negozju tal-infrastruttura jew ikollhom mekkaniżmi alternattivi stabbiliti biex jiżguraw il-pożizzjoni tagħhom;

(v) 

l-ekwità tintwiegħed lis-selliefa sabiex ikunu jistgħu jieħdu kontroll tal-entità mal-inadempjenza;

(vi) 

ikun ristrett l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara pagamenti obbligatorji mill-proġett għal finijiet ħlief obbligi għall-ħlas tad-dejn;

(vii) 

ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-obbligant biex iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għas-selliefa, inkluż ir-restrizzjoni li dejn ġdid ma jistax jinħareġ mingħajr il-kunsens ta' fornituri tas-self eżistenti;

(h) 

l-obbligu jkun privileġġat fir-rigward tal-pretensjonijiet l-oħra kollha ħlief pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn kontropartijiet derivattivi;

(i) 

meta l-obbligant ikun fil-fażi ta' kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-investitur tal-ekwità, jew meta jkun hemm iktar minn investitur wieħed tal-ekwità, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti minn grupp ta' investituri tal-ekwità kollu kemm hu:

(i) 

l-investituri tal-ekwità jkollhom storja ta' sorveljanza b'suċċess ta' proġetti infrastrutturali, is-saħħa finanzjarja u l-għarfien espert rilevanti;

(ii) 

l-investituri tal-ekwità jkollhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew ikun hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-obbligant bħala riżultat tal-inadempjenza tagħhom;

(iii) 

ikun hemm mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex jallinjaw l-interess tal-investituri tal-ekwità mal-interessi tas-selliefa;

(j) 

l-obbligant ikollu salvagwardji adegwati biex jiżguraw tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma; inkluż garanziji b'saħħithom ta' tlestija jew l-involviment ta' kostruttur ta' esperjenza u dispożizzjonijiet adegwati fil-kuntratt għal danni likwidati;

(k) 

meta r-riskji operatorji jkunu materjali, ikunu ġestiti tajjeb;

(l) 

l-obbligant juża teknoloġija u disinn ittestjati;

(m) 

ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha;

(n) 

l-obbligant juża derivattivi biss għal finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju;

▼M17

(o) 

għal skoperturi oriġinati wara l-1 ta' Jannar 2025, id-debitur ikun wettaq valutazzjoni li l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jikkontribwixxu b'mod pożittiv għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi l-oħra stabbiliti f'dak l-Artikolu, jew li l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti f'dak l-Artikolu.

▼M8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit