+Artikolu 503 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
---+Artikolu 503 1.
---+Artikolu 503 2.
---+Artikolu 503 3.
---+Artikolu 503 4.
|
Artikolu 503 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 503 1.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, wara li tikkonsulta mal-ABE, tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa, dwar jekk il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 129 u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku fl-Artikolu 336(3) humiex adegwati għall-istrumenti kollha li jikkwalifikaw għal dawk it-trattamenti u jekk il-kriterji fl-Artikolu 129 humiex adatti.
|
|
Artikolu 503 2.
|
Ir-rapport u l-proposti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw:
(a)
il-punt sa fejn ir-rekwiżiti regolatorji attwali dwar kapital applikabbli għal bonds koperti jiddifferenzjaw b'mod adegwat bejn varjazzjonijiet fil-kwalità ta' kreditu ta' bonds koperti u l-kollateral li l-bonds koperti jistgħu jiġi garantiti fuq il-bażi tagħhom, inkluż il-miżura tal-varjazzjonijiet fost l-Istati Membri;
(b)
it-trasparenza tas-suq tal-bonds koperti u l-punt sa fejn din tiffaċilita analiżi interna komprensiva minn investituri rigward ir-riskju ta' kreditu ta' bonds koperti u l-kollateral li jiggarantihom u s-segregazzjoni tal-assi fil-każ tal-insolvenza tal-emittent, inklużi l-effetti ta' mitigazzjoni tal-qafas legali nazzjonali strett sottostanti f'konformità mal-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-kwalità ġenerali tal-kreditu ta' bond kopert u l-implikazzjonijiet tagħha fuq il-livell ta' trasparenza meħtieġ mill-investituri; u
(c)
il-punt sa fejn il-ħruġ minn istituzzjoni tal-kreditu ta' bonds koperti taffettwa r-riskju ta' kreditu li għalih kredituri oħrajn tal-istituzzjoni emittenti jkunu skoperti.
|
|
Artikolu 503 3.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, wara li tikkonsulta l-ABE, il-Kummmissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar jekk self iggarantit minn inġenji tal-ajru (rahan fuq inġenji tal-ajru) u jekk self residenzjali kopert b'garanzija, iżda li mhux kopert b'ipoteka reġistrata, jistgħux ikunu kkunsidrati taħt ċerti kondizzjonijiet bħala assi eliġibbli skont l-Artikolu 129.
|
|
Artikolu 503 4.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-adegwatezza tad-deroga stipulata fl-Artikolu 496 u, jekk rilevanti, l-adegwatezza tal-estensjoni ta’ trattament simili għal kwalunkwe forma oħra ta’ bond kopert. Fid-dawl ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni tista’, jekk dan ikun xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 462 sabiex tagħmel dik id-deroga permanenti jew tagħmel proposti leġislattivi sabiex testendiha għal forom oħra ta’ bonds koperti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|