|
+Artikolu 503 2. |
Artikolu 503 2.Ir-rapport u l-proposti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw:
(a)
il-punt sa fejn ir-rekwiżiti regolatorji attwali dwar kapital applikabbli għal bonds koperti jiddifferenzjaw b'mod adegwat bejn varjazzjonijiet fil-kwalità ta' kreditu ta' bonds koperti u l-kollateral li l-bonds koperti jistgħu jiġi garantiti fuq il-bażi tagħhom, inkluż il-miżura tal-varjazzjonijiet fost l-Istati Membri;
(b)
it-trasparenza tas-suq tal-bonds koperti u l-punt sa fejn din tiffaċilita analiżi interna komprensiva minn investituri rigward ir-riskju ta' kreditu ta' bonds koperti u l-kollateral li jiggarantihom u s-segregazzjoni tal-assi fil-każ tal-insolvenza tal-emittent, inklużi l-effetti ta' mitigazzjoni tal-qafas legali nazzjonali strett sottostanti f'konformità mal-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-kwalità ġenerali tal-kreditu ta' bond kopert u l-implikazzjonijiet tagħha fuq il-livell ta' trasparenza meħtieġ mill-investituri; u
(c)
il-punt sa fejn il-ħruġ minn istituzzjoni tal-kreditu ta' bonds koperti taffettwa r-riskju ta' kreditu li għalih kredituri oħrajn tal-istituzzjoni emittenti jkunu skoperti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|