|
+Artikolu 5 4. |
Artikolu 5 4.Sat-13 ta’ Jannar 2017, l-EBA għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament li jirriflettu l-interessi kollha involuti, toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji ta’ kif jiġi stipulat l-ammont minimu monetarju tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Fl-iżvilupp tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tieħu kont ta’ dan li ġej:
(a)
il-profil tar-riskju tal-impriża;
(b)
jekk l-impriża tipprovdix servizzi oħra ta’ pagament kif imsemmijin fl-Anness I jew jekk hijiex impenjata f’negozju ieħor;
(c)
id-daqs tal-attività:
(i)
għal impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I, il-valur tat-tranżazzjonijiet mibdija;
(ii)
għal impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I, in-numru ta’ klijenti li jużaw is-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;
(d)
il-karatteristiċi speċifiċi ta’ garanziji komparabbli u l-kriterji għall-implimentazzjoni tagħhom. L-EBA għandha teżamina mill-ġdid dawk il-linji gwida fuq bażi regolari. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|