Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun għad-disposizzjoni tal-benefiċjarju minnufih wara li dak l-ammont jiġi kkreditat għall-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju fejn, min-naħa tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, ikun hemm:
(a)
l-ebda kambju tal-valuta; jew
(b)
kambju tal-valuta bejn l-euro u valuta ta’ Stat Membru jew bejn żewġ valuti ta’ Stati Membri.
L-obbligu stipulat f’dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal pagamenti fi ħdan fornitur ta’ servizzi ta’ pagament wieħed.