+Artikolu 100 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 100 1.
---+Artikolu 100 2.
---+Artikolu 100 3.
---+Artikolu 100 4.
---+Artikolu 100 5.
---+Artikolu 100 6.

Artikolu 100 Awtoritajiet kompetenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 100 1.
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma’ din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw din il-konformità.

Huma għandhom ikunu jew:

(a) 

awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010; jew

(b) 

korpi rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li espressament ingħataw is-setgħa għal dak il-għan mid-dritt nazzjonali.

Dawn ma għandhomx ikunu fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, bl-eċċezzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali.

Artikolu 100 2.
L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom is-setgħat u r-riżorsi adegwati kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta iktar minn awtortià kompetenti waħda tkun ingħatat is-setgħa biex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv id-dmirijiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 100 3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f’konformità mal-liġi nazzjonali jew:

(a) 

b’mod dirett taħt l-awtorità tagħhom stess jew taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet ġudizjarji; jew

(b) 

b’applikazzjoni lill-qrati li huma kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma tirnexxix.

Artikolu 100 4.
Fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, ħlief għall-aġenti u l-fergħat li jwettqu xogħolhom skont id-dritt ta’ stabbiliment meta l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 100 5.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti maħtura msemmija fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sat-13 ta’ Jannar 2018. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diviżjoni ta’ dmirijiet ta’ dawk l-awtoritajiet. Huma għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna l-ħatra u l-kompetenzi rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet.
Artikolu 100 6.
L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BĊE, għandha toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-proċeduri ta’ lment li għandhom jitqiesu biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu sat-13 ta’ Jannar 2018 u għandhom jiġu aġġornati fuq bażi regolari, kif ikun xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit