+Artikolu 106 Obbligu li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.
---+Artikolu 106 5.

Artikolu 106 Obbligu li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 106 1.
Sat-13 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tipproduċi fuljett elettroniku li jkun faċli biex jintuża mill-utent, li jelenka b’mod ċar u li jinftiehem faċilment id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumaturi skont din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni relatata.
Artikolu 106 2.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri, lill-assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi dwar il-pubblikazzjoni tal-fuljett imsemmi fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fuljett isir aċċessibbli faċilment fuq is-siti tal-Internet rispettivi tagħhom.

Artikolu 106 3.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-fuljett isir disponibbli b’mod li jkun aċċessibbli faċilment fuq is-siti tal-Internet tagħhom, jekk dawn jeżistu, u fuq il-karta fil-fergħat tagħhom, għand l-aġenti tagħhom u l-entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 106 4.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jimponu imposti fuq il-klijenti tagħhom talli jagħmlulhom l-informazzjoni disponibbli skont dan l-Artikolu.
Artikolu 106 5.
Fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta’ mezzi alternattivi xierqa, li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’format aċċessibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit