+Artikolu 1 Klijenti, kontropartijiet finanzjarji u tranżazzjonijiet
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
|
Artikolu 1 Klijenti, kontropartijiet finanzjarji u tranżazzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1
|
1. L-għadd ta’ klijenti affettwati mill-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, għandu jirrifletti l-għadd ta’ klijenti affettwati kollha, kemm jekk persuni fiżiċi kif ukoll jekk ġuridiċi, li ma jistgħux jew ma setgħux jagħmlu użu mis-servizz ipprovdut mill-entità finanzjarja matul l-inċident jew li kienu affettwati b’mod negattiv mill-inċident. Dan l-għadd għandu jinkludi wkoll partijiet terzi koperti b’mod espliċitu mill-ftehim kuntrattwali bejn l-entità finanzjarja u l-klijent bħala benefiċjarji tas-servizz affettwat.
|
|
Artikolu 1 2
|
2. L-għadd ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati mill-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandu jirrifletti l-għadd ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati kollha li jkunu kkonkludew arranġament kuntrattwali mal-entità finanzjarja.
|
|
Artikolu 1 3
|
3. Fir-rigward tar-rilevanza tal-klijenti u tal-kontropartijiet finanzjarji affettwati mill-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entità finanzjarja għandha tqis il-punt sa fejn l-impatt fuq klijent jew kontroparti finanzjarja se jaffettwa l-implimentazzjoni tal-objettivi tan-negozju tal-entità finanzjarja, kif ukoll l-impatt potenzjali tal-inċident fuq l-effiċjenza tas-suq.
|
|
Artikolu 1 4
|
4. Fir-rigward tal-ammont jew tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati mill-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entità finanzjarja għandha tqis it-tranżazzjonijiet affettwati kollha li jinvolvu ammont monetarju fejn mill-inqas parti waħda tat-tranżazzjoni titwettaq fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 1 5
|
5. Meta l-għadd reali ta’ klijenti jew kontropartijiet finanzjarji affettwati jew l-għadd attwali jew l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, l-entità finanzjarja għandha tistma dawk in-numri jew ammonti abbażi tad-data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|