+Artikolu 7 Impatt ekonomiku
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4

Artikolu 7 Impatt ekonomiku

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Għall-fini tad-determinazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom, mingħajr ma jqisu l-irkupri finanzjarji, iqisu t-tipi ta’ kostijiet diretti u indiretti u t-telf li jkunu ġarrbu b’riżultat tal-inċident:

(a)

fondi esproprjati jew assi finanzjarji li għalihom huma responsabbli, inklużi assi mitlufa minħabba serq;

(b)

kostijiet għas-sostituzzjoni jew ir-rilokazzjoni ta’ software, hardware jew infrastruttura;

(c)

kostijiet tal-persunal, inklużi l-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni jew mar-rilokazzjoni tal-persunal, ir-reklutaġġ ta’ persunal addizzjonali, ir-remunerazzjoni tas-sahra u l-irkupru ta’ ħiliet mitlufa jew indeboliti;

(d)

tariffi dovuti għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi kuntrattwali;

(e)

kostijiet għar-rimedju u l-kumpens lill-klijenti;

(f)

telf dovut għal dħul mitluf;

(g)

kostijiet marbuta mal-komunikazzjoni interna u esterna;

(h)

kostijiet ta’ konsulenza, inklużi kostijiet assoċjati ma’ konsulenza legali, servizzi forensiċi u servizzi ta’ rimedju.

Artikolu 7 2

2.   Il-kostijiet u t-telf imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu l-kostijiet li huma meħtieġa għall-operat ta’ kuljum tan-negozju, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

kostijiet għall-manutenzjoni ġenerali tal-infrastruttura, it-tagħmir, l-hardware u s-software, u l-kostijiet biex il-ħiliet tal-persunal jinżammu aġġornati;

(b)

kostijiet interni jew esterni biex jittejjeb in-negozju wara l-inċident, inklużi aġġornamenti, titjib u inizjattivi ta’ valutazzjoni tar-riskju;

(c)

primjums tal-assigurazzjoni.

Artikolu 7 3

3.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-kostijiet u t-telf abbażi tad-data disponibbli fiż-żmien tar-rappurtar. Meta l-ammonti reali tal-kostijiet u tat-telf ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw dawk l-ammonti.

Artikolu 7 4

4.   Meta jivvalutaw l-impatt ekonomiku tal-inċident, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiġbru flimkien il-kostijiet u t-telf imsemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit