1. Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “klijenti, kontropartijiet finanzjarji u tranżazzjonijiet” jintlaħaq meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-għadd ta’ klijenti affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-klijenti kollha li jużaw is-servizz affettwat;
|
|
(b)
|
l-għadd ta’ klijenti affettwati li jużaw is-servizz affettwat ikun ogħla minn 100 000;
|
|
(c)
|
l-għadd ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati jkun ogħla minn 30 % tal-kontropartijiet finanzjarji kollha li jwettqu attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizz affettwat;
|
|
(d)
|
l-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet imwettqa mill-entità finanzjarja relatata mas-servizz affettwat;
|
|
(e)
|
l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-valur medju ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-entità finanzjarja relatata mas-servizz affettwat;
|
|
(f)
|
il-klijenti jew il-kontropartijiet finanzjarji li ġew identifikati bħala rilevanti f’konformità mal-Artikolu 1(3) ikunu ġew affettwati.
|
Meta l-għadd reali ta’ klijenti jew kontropartijiet finanzjarji affettwati jew l-għadd attwali jew l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, l-entità finanzjarja għandha tistma dawk in-numri jew ammonti abbażi tad-data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli.