+Artikolu 9 1

Artikolu 9 1

1.   Il-livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju “klijenti, kontropartijiet finanzjarji u tranżazzjonijiet” jintlaħaq meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ klijenti affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-klijenti kollha li jużaw is-servizz affettwat;

(b)

l-għadd ta’ klijenti affettwati li jużaw is-servizz affettwat ikun ogħla minn 100 000;

(c)

l-għadd ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati jkun ogħla minn 30 % tal-kontropartijiet finanzjarji kollha li jwettqu attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizz affettwat;

(d)

l-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet imwettqa mill-entità finanzjarja relatata mas-servizz affettwat;

(e)

l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati jkun ogħla minn 10 % tal-valur medju ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-entità finanzjarja relatata mas-servizz affettwat;

(f)

il-klijenti jew il-kontropartijiet finanzjarji li ġew identifikati bħala rilevanti f’konformità mal-Artikolu 1(3) ikunu ġew affettwati.

Meta l-għadd reali ta’ klijenti jew kontropartijiet finanzjarji affettwati jew l-għadd attwali jew l-ammont ta’ tranżazzjonijiet affettwati ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, l-entità finanzjarja għandha tistma dawk in-numri jew ammonti abbażi tad-data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit