+Artikolu 2 Stabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
---+Artikolu 2 6
---+Artikolu 2 7

Artikolu 2 Stabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Wara l-ewwel deżinjazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiku f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, is-Sorveljant Ewlieni, bi ftehim man-Network Konġunt ta’ Sorveljanza msemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, għandu jistabbilixxi t-tim konġunt tal-eżaminazzjoni responsabbli li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.

Artikolu 2 2

2.   Fejn iseħħu bidliet materjali rigward is-sitwazzjoni tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jaġġorna, bi ftehim man-Network Konġunt ta’ Sorveljanza, il-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni responsabbli li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.

Għal dak l-għan, il-bidliet materjali rigward il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandhom ikunu relatati ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

is-servizzi pprovduti minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;

(b)

l-attivitajiet imwettqa mill-entitajiet finanzjarji li huma appoġġati mis-servizzi tal-ICT tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;

(c)

il-lista ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

Artikolu 2 3

3.   L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jinnominaw individwu wieħed jew aktar mill-persunal tagħhom li għandhom jiġu ddeżinjati bħala membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni. Individwu jista’ jiġi nnominat u ddeżinjat bħala membru ta’ tim konġunt tal-eżaminazzjoni wieħed jew aktar.

Artikolu 2 4

4.   Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiddeżinja l-individwi nnominati bħala membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni jew fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time, skont id-disponibbiltà tagħhom, il-ħtiġijiet speċifiċi tas-Sorveljant Ewlieni, u l-ftehim bejn l-awtorità li tinnomina u s-Sorveljant Ewlieni.

Artikolu 2 5

5.   Meta jinnominaw il-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jivvalutaw l-għarfien espert tekniku, il-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom fl-ICT u f’oqsma rilevanti, inklużi ħiliet ta’ komunikazzjoni u ta’ kollaborazzjoni, kif ukoll ħiliet ta’ awditjar u ta’ superviżjoni.

Artikolu 2 6

6.   Is-Sorveljant Ewlieni jista’ jirrikjedi li l-awtoritajiet li jinnominaw jimmodifikaw in-nomini tagħhom biss f’ċirkostanzi ġustifikati u meta l-profili tal-individwi nominati ma jaqblux mal-profil tar-riżorsi meħtieġa.

Artikolu 2 7

7.   Is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u possibbli kollha biex jiżguraw li t-tim konġunt tal-eżaminazzjoni jkollu persunal adegwat f’konformità mal-pjan annwali ta’ sorveljanza individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit