2. Fejn iseħħu bidliet materjali rigward is-sitwazzjoni tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jaġġorna, bi ftehim man-Network Konġunt ta’ Sorveljanza, il-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni responsabbli li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Għal dak l-għan, il-bidliet materjali rigward il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandhom ikunu relatati ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
is-servizzi pprovduti minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(b)
|
l-attivitajiet imwettqa mill-entitajiet finanzjarji li huma appoġġati mis-servizzi tal-ICT tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(c)
|
il-lista ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|