+Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
---+Artikolu 1 (a)
---+Artikolu 1 (b)
---+Artikolu 1 (c)
---+Artikolu 1 (d)
---+Artikolu 1 (e)
---+Artikolu 1 (f)
---+Artikolu 1 (g)
---+Artikolu 1 (h)
---+Artikolu 1 (i)
---+Artikolu 1 (j)
---+Artikolu 1 (k)
---+Artikolu 1 (l)
|
Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu d-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom u n-natura, l-iskala, u l-elementi ta’ żieda jew tnaqqis fil-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom, inklużi elementi relatati ma’:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 (a)
|
it-tip ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti koperti mill-arranġament kuntrattwali bejn l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
Artikolu 1 (b)
|
it-tip ta’ servizzi tal-ICT koperti mill-arranġament kuntrattwali bejn il-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT u s-sottokuntratturi tiegħu;
|
|
Artikolu 1 (c)
|
il-post tas-sottokuntrattur tal-ICT li jipprovdi servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom, jew tal-kumpanija omm tiegħu;
|
|
Artikolu 1 (d)
|
it-tul u l-kumplessità tal-katina tas-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom użati mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
Artikolu 1 (e)
|
in-natura tad-data kondiviża mas-sottokuntratturi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom;
|
|
Artikolu 1 (f)
|
jekk is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom humiex ipprovduti minn sottokuntratturi, li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, inkluż il-post minn fejn is-servizzi tal-ICT huma fil-fatt ipprovduti u l-post fejn id-data hija fil-fatt ipproċessata u maħżuna;
|
|
Artikolu 1 (g)
|
jekk is-sottokuntratturi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom humiex parti mill-istess grupp bħall-entità finanzjarja li lilha jiġu pprovduti dawk is-servizzi;
|
|
Artikolu 1 (h)
|
jekk is-sottokuntratturi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom humiex awtorizzati, irreġistrati jew soġġetti għal superviżjoni jew sorveljanza minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, jew humiex soġġetti għall-qafas ta’ sorveljanza skont il-Kapitolu V, it-Taqsima II, tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
Artikolu 1 (i)
|
jekk il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom humiex awtorizzati, irreġistrati jew soġġetti għal superviżjoni jew sorveljanza minn awtorità superviżorja minn pajjiż terz;
|
|
Artikolu 1 (j)
|
jekk il-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom huwiex ikkonċentrat fuq sottokuntrattur wieħed ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew għadd żgħir ta’ tali sottokuntratturi;
|
|
Artikolu 1 (k)
|
jekk is-sottokuntrattar ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali jkollux impatt fuq it-trasferibbiltà ta’ dawk is-servizzi tal-ICT lil fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
Artikolu 1 (l)
|
l-impatt potenzjali tat-tfixkil fil-kontinwità u d-disponibbiltà tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, meta dan tal-aħħar juża sottokuntrattur li jipprovdi servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|