+Artikolu 13 Pjan ta’ rimedju
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2

Artikolu 13 Pjan ta’ rimedju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Fi żmien 8 ġimgħat min-notifika msemmija fl-Artikolu 12(7) ta’ dan ir-Regolament, l-entità finanzjarja għandha tipprovdi l-pjanijiet ta’ rimedju u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554 lill-awtorità tat-TLPT u, fejn differenti, lill-awtorità kompetenti tal-entità finanzjarja.

Artikolu 13 2

2.   Il-pjan ta’ rimedju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, għal kull sejba li tkun instabet fil-qafas tat-TLPT:

(a)

deskrizzjoni tan-nuqqasijiet identifikati;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri ta’ rimedju proposti u tal-prijoritizzazzjoni u t-tlestija mistennija tagħhom, inklużi, fejn rilevanti, miżuri biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ identifikazzjoni, protezzjoni, individwazzjoni u rispons;

(c)

analiżi tal-kawża ewlenija;

(d)

il-persunal jew il-funzjonijiet tal-entità finanzjarja responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju jew tat-titjib propost;

(e)

ir-riskji assoċjati man-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) u, fejn rilevanti, ir-riskji assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ tali miżuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit