+Artikolu 36 Bidliet fin-notifiki
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.
---+Artikolu 36 9.
|
Artikolu 36 Bidliet fin-notifiki
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe bidla rilevanti fin-notifika ta’ korp notifikat permezz tal-għodda elettronika ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 30(2).
|
|
Artikolu 36 2.
|
Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 29 u 30 għandhom japplikaw għal estensjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika. Għal bidliet għan-notifika minbarra estensjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fil-paragrafi (3) sa (9).
|
|
Artikolu 36 3.
|
Fejn korp notifikat jiddeċiedi li jtemm l-attivitajiet tiegħu ta’ valutazzjoni tal-konformità, huwa għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika u lill-fornituri kkonċernati malajr kemm jista’ jkun u fil-każ ta’ tmiem ippjanat mill-inqas sena qabel ma jtemm l-attivitajiet tiegħu. Iċ-ċertifikati tal-korp notifikat jistgħu jibqgħu validi għal perjodu ta’ disa’ xhur wara t-tmiem tal-attivitajiet tal-korp notifikat bil-kundizzjoni li korp notifikat ieħor ikun ikkonferma bil-miktub li ser jieħu r-responsabbiltà għas-sistemi tal-IA b’riskju għoli koperti minn dawk iċ-ċertifikati. Il-korp notifikat tal-aħħar għandu jlesti valutazzjoni sħiħa tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli affettwati sa tmiem dak il-perjodu ta’ disa’ xhur qabel ma joħroġ ċertifikati ġodda għal dawk is-sistemi. Fejn il-korp notifikat ikun waqqaf l-attività tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tirtira d-deżinjazzjoni.
|
|
Artikolu 36 4.
|
Meta awtorità tan-notifika jkollha raġuni biżżejjed biex tqis li korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31, jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha, mingħajr dewmien, tinvestiga l-kwistjoni bl-akbar diliġenza possibbli. F’dak il-kuntest, hija għandha tinforma lill-korp notifikat ikkonċernat dwar l-oġġezzjonijiet imqajmin u tagħtih il-possibbiltà li jaqsam il-fehmiet tiegħu. Jekk l-awtorità tan-notifika tasal għall-konklużjoni li l-korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31 jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, dan għandu jirrestrinġi, jissospendi jew jirtira d-deżinjazzjoni, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas milli jissodisfa dawk ir-rekwiżiti jew dawk l-obbligi. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.
|
|
Artikolu 36 5.
|
Meta d-deżinjazzjoni tiegħu tkun ġiet sospiża, ristretta, jew irtirata kompletament jew parzjalment, il-korp notifikat għandu jinforma lill-fornituri kkonċernati fi żmien 10 ijiem.
|
|
Artikolu 36 6.
|
Fil-każ tar-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ deżinjazzjoni, l-awtorità tan-notifika għandha tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-fajls tal-korp notifikat ikkonċernat jinżammu u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika fi Stati Membri oħra u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba tagħhom.
|
|
Artikolu 36 7.
|
Fil-każ ta’ restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ deżinjazzjoni, l-awtorità tan-notifika għandha:
(a)
tivvaluta l-impatt fuq iċ-ċertifikati maħruġa mill-korp notifikat;
(b)
tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien tliet xhur minn meta tkun innotifikat dwar il-bidliet fid-deżinjazzjoni;
(c)
titlob lill-korp notifikat jissospendi jew jirtira, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli determinat mill-awtorità, kwalunkwe ċertifikat maħruġ bi żball sabiex tkun żgurata l-konformità kontinwa tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli fis-suq;
(d)
tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar ċertifikati li tkun talbet is-sospensjoni jew l-irtirar tagħhom;
(e)
tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fornitur ikollu l-post tan-negozju rreġistrat tiegħu bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar iċ-ċertifikati li għalihom tkun talbet is-sospensjoni jew l-irtirar; dik l-awtorità għandha tieħu l-miżuri xierqa, fejn meħtieġ, biex jiġi evitat riskju potenzjali għas-saħħa, is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali.
|
|
Artikolu 36 8.
|
Bl-eċċezzjoni ta’ ċertifikati maħruġa bi żball, u fejn deżinjazzjoni tkun ġiet sospiża jew ristretta, iċ-ċertifikati għandhom jibqgħu validi f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-awtorità tan-notifika tkun ikkonfermat, fi żmien xahar mis-sospensjoni jew ir-restrizzjoni, li ma hemm l-ebda riskju għas-saħħa, is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali b’rabta ma’ ċertifikati milquta mis-sospensjoni jew ir-restrizzjoni, u l-awtorità tan-notifika tkun fasslet skeda ta’ żmien għal azzjonijiet biex tiġi rimedjata s-sospensjoni jew ir-restrizzjoni; jew
(b)
l-awtorità tan-notifika tkun ikkonfermat li mhu ser jinħareġ, jiġi emendat jew jinħareġ mill-ġdid l-ebda ċertifikat rilevanti għas-sospensjoni matul is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni, u tgħid jekk il-korp notifikat għandux il-kapaċità li jkompli jimmonitorja u jibqa’ responsabbli miċ-ċertifikati eżistenti maħruġa għall-perjodu tas-sospensjoni jew ir-restrizzjoni; fil-każ li l-awtorità tan-notifika tiddetermina li l-korp notifikat ma għandux il-kapaċità li jappoġġa ċ-ċertifikati eżistenti maħruġa, il-fornitur tas-sistema koperta miċ-ċertifikat għandu jikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih ikollu l-post tan-negozju rreġistrat tiegħu, fi żmien tliet xhur mis-sospensjoni jew mir-restrizzjoni, li korp notifikat kwalifikat ieħor qed jassumi temporanjament il-funzjonijiet tal-korp notifikat biex jimmonitorja u jibqa’ responsabbli għaċ-ċertifikati matul il-perjodu ta’ sospensjoni jew restrizzjoni.
|
|
Artikolu 36 9.
|
Bl-eċċezzjoni ta’ ċertifikati li jkunu nħarġu bi żball, u meta deżinjazzjoni tkun ġiet irtirata, iċ-ċertifikati għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ disa’ xhur fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-fornitur tas-sistema tal-IA b’riskju għoli kopert miċ-ċertifikat ikollu l-post tan-negozju rreġistrat tiegħu tkun ikkonfermat li ma hemm l-ebda riskju għas-saħħa, is-sikurezza jew d-drittijiet fundamentali assoċjati mas-sistemi tal-IA b’riskju għoli kkonċernati; u
(b)
korp notifikat ieħor ikun ikkonferma bil-miktub li ser jassumi minnufih ir-’responsabbiltà għal dawk is-sistemi tal-IA u jlesti l-valutazzjoni tiegħu fi żmien 12-il xahar mill-irtirar tad-deżinjazzjoni.
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fornitur tas-sistema kopert miċ-ċertifikat għandu l-post tan-negozju tiegħu tista’ testendi l-validità proviżorja taċ-ċertifikati għal perjodi addizzjonali ta’ tliet xhur, li b’kollox ma għandhomx jaqbżu t-12-il xahar. L-awtorità nazzjonali kompetenti jew il-korp notifikat li jassumi l-funzjonijiet tal-korp notifikat milqut mill-bidliet fid-deżinjazzjoni, għandu minnufih jinforma b’dan lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-korpi notifikati l-oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|