+Artikolu 67 Forum Konsultattiv
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
---+Artikolu 67 6.
---+Artikolu 67 7.
---+Artikolu 67 8.
---+Artikolu 67 9.
---+Artikolu 67 10.

Artikolu 67 Forum Konsultattiv

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 67 1.
Għandu jiġi stabbilit forum konsultattiv biex jipprovdi kompetenza esperta teknika u jagħti pariri lill-Bord u lill-Kummissjoni, u biex jikkontribwixxi għall-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 67 2.
Is-sħubija tal-forum konsultattiv għandha tirrappreżenta għażla bbilanċjata ta' partijiet ikkonċernati, inkluż l-industrija, in-negozji ġodda, l-SMEs, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u d-dinja akkademika. Is-sħubija tal-forum konsultattiv għandha tkun ibbilanċjata fir-rigward tal-interessi kummerċjali u mhux kummerċjali u, fil-kategorija tal-interessi kummerċjali, fir-rigward tal-SMEs u impriżi oħra.
Artikolu 67 3.
Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-forum konsultattiv, f'konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, minn fost partijiet ikkonċernati b'kompetenza esperta rikonoxxuta fil-qasam tal-IA.
Artikolu 67 4.
Il-mandat tal-membri tal-forum konsultattiv għandu jkun ta' sentejn, li jista' jiġi estiż sa massimu ta' erba' snin.
Artikolu 67 5.
L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, l-ENISA, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għandhom ikunu membri permanenti tal-forum konsultattiv.
Artikolu 67 6.
Il-forum konsultattiv għandu jfassal ir-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Għandu jeleġġi żewġ kopresidenti minn fost il-membri tiegħu, f'konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2. Il-mandat tal-kopresidenti għandu jkun ta' sentejn, li jista' jiġġedded darba.
Artikolu 67 7.
Il-forum konsultattiv għandu jorganizza laqgħat mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-forum konsultattiv jista' jistieden esperti u partijiet ikkonċernati oħra għal-laqgħat tiegħu.
Artikolu 67 8.
Il-forum konsultattiv jista' jħejji opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u kontributi bil-miktub fuq talba tal-Bord jew tal-Kummissjoni.
Artikolu 67 9.
Il-forum konsultattiv jista' jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji kif ikun xieraq bl-għan li jiġu eżaminati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 67 10.
Il-forum konsultattiv għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit