+Artikolu 16 Stabbiliment ta’ pjattaforma unika ta’ rapportar
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
|
Artikolu 16 Stabbiliment ta’ pjattaforma unika ta’ rapportar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Għall-finijiet tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 14(1) u (3) u fl-Artikolu 15(1) u (2) u sabiex jiġu ssimplifikati l-obbligi ta’ rapportar tal-manifatturi, għandha tiġi stabbilita pjattaforma unika ta’ rapportar mill-ENISA. L-operazzjonijiet ta’ kuljum ta’ dik il-pjattaforma unika ta’ rapportar għandhom jiġu ġestiti u miżmuma mill-ENISA. L-arkitettura tal-pjattaforma unika ta’ rapportar għandha tippermetti lill-Istati Membri u lill-ENISA jistabbilixxu l-punti tat-tmiem tan-notifiki elettroniċi tagħhom stess.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Wara li tirċievi notifika, is-CSIRT maħtura bħala koordinatur li tkun l-ewwel waħda li tirċievi n-notifika għandha, mingħajr dewmien, tgħaddi n-notifika permezz tal-pjattaforma unika tar-rapportar lis-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun indika li l-prodott b’elementi diġitali jkun tqiegħed. F’ċirkostanzi eċċezzjonali u, b’mod partikolari, fuq talba mill-manifattur u fid-dawl tal-livell ta’ sensittività tal-informazzjoni notifikata kif indikat mill-manifattur skont l-Artikolu 14(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, id-disseminazzjoni tan-notifika tista’ tiddewwem abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati relatati maċ-ċibersigurtà għal perjodu ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ, inkluż meta vulnerabbiltà tkun soġġetta għal proċedura ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Meta CSIRT tiddeċiedi li żżomm notifika, din għandha tinforma minnufih lill-ENISA dwar id-deċiżjoni u tipprovdi kemm ġustifikazzjoni għaż-żamma tan-notifika kif ukoll indikazzjoni ta’ meta se tqassam in-notifika f’konformità mal-proċedura ta’ disseminazzjoni stabbilita f’dan il-paragrafu. L-ENISA tista’ tappoġġja lis-CSIRT fl-applikazzjoni tar-raġunijiet relatati maċ-ċibersigurtà b’rabta mad-dewmien tad-disseminazzjoni tan-notifika. F’ċirkostanzi partikolarment eċċezzjonali, meta l-manifattur, fin-notifika msemmija fl-Artikolu 14(2), il-punt (b), jindika:
(a)
li l-vulnerabbiltà notifikata tkun ġiet sfruttata b’mod attiv minn attur malizzjuż u, skont l-informazzjoni disponibbli, ma tkun ġiet sfruttata fl-ebda Stat Membru ieħor għajr dak tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur li l-manifattur ikun innotifikalha l-vulnerabbiltà;
(b)
li kwalunkwe disseminazzjoni ulterjuri immedjata tal-vulnerabbiltà notifikata x’aktarx tirriżulta fl-għoti ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali ta’ dak l-Istat Membru; jew
(c)
li l-vulnerabbiltà notifikata toħloq riskju għoli imminenti għaċ-ċibersigurtà li jirriżulta mid-disseminazzjoni ulterjuri;
l-informazzjoni li saret notifika mill-manifattur, l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-informazzjoni dwar in-natura ġenerali tal-isfruttament u l-informazzjoni li tqajmu raġunijiet relatati mas-sigurtà biss għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ENISA simultanjament sakemm in-notifika sħiħa titqassam lis-CSIRTs ikkonċernati u lill-ENISA. Meta, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, l-ENISA tqis li hemm riskju sistemiku li jaffettwa s-sigurtà fis-suq intern, hija għandha tirrakkomanda lis-CSIRT riċeventi li tqassam in-notifika sħiħa lis-CSIRTs l-oħra maħtura bħala koordinaturi u lill-ENISA nnifisha.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Wara li jirċievu notifika ta’ vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv fi prodott b’elementi diġitali jew ta’ inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà ta’ prodott b’elementi diġitali, is-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri rispettivi tagħhom l-informazzjoni notifikata meħtieġa biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-ENISA għandha tieħu miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex timmaniġġja r-riskji għas-sigurtà tal-pjattaforma unika ta’ rapportar u l-informazzjoni sottomessa jew disseminata permezz tal-pjattaforma unika ta’ rapportar. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe inċident ta’ sigurtà li jaffettwa l-pjattaforma unika ta’ rapportar lin-network tas-CSIRTs kif ukoll lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 16 5.
|
L-ENISA, f’kooperazzjoni man-network tas-CSIRTs, għandha tipprovdi u timplimenta speċifikazzjonijiet dwar il-miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-operazzjoni sigura tal-pjattaforma unika ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi mill-anqas l-arranġamenti tas-sigurtà relatati mal-istabbiliment, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-pjattaforma unika ta’ rapportar, kif ukoll il-punti tat-tmiem tan-notifiki elettroniċi stabbiliti mis-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi fil-livell nazzjonali u l-ENISA fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-aspetti proċedurali biex jiġi żgurat li, meta vulnerabbiltà notifikata ma jkollha l-ebda miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni disponibbli, l-informazzjoni dwar dik il-vulnerabbiltà tiġi kondiviża f’konformità ma’ protokolli stretti ta’ sigurtà u fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Meta CSIRT maħtura bħala koordinatur tkun ġiet mgħarrfa dwar vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv bħala parti minn proċedura ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, is-CSIRT maħtura bħala koordinatur li tkun l-ewwel waħda li tirċievi n-notifika tista’ ddewwem id-disseminazzjoni tan-notifika rilevanti permezz tal-pjattaforma unika ta’ rapportar abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati relatati maċ-ċibersigurtà għal perjodu li ma jkunx itwal minn dak li jkun strettament meħtieġ u sakemm jingħata l-kunsens għall-iżvelar mill-partijiet involuti fid-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet. Dak ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-manifatturi milli jinnotifikaw tali vulnerabbiltà fuq bażi volontarja skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|